Former Prime Minister and MEP Alfred Sant said that today Europe lies in a state of uncertainty in managing its economy, in consolidating its achievements, in strengthening its monetary and economic union and in containing the challenges presented by irregular immigration. Dr. Sant, who was addressing a conference organized by the ‘National Student Travel Foundation’ in Valletta, said that in the current circumstances it is important that each community, each nation defines its vital interests. This should not be adhered to solely by politicians but also by citizens and civil society anywhere in Europe where they can voice their opinion.

Dr. Sant said it is vital for everyone to understand and convey the importance of national interest to other societies. Meetings, contacts and exchange of views between young people and Maltese citizens, as portrayed in communication networks during the years, are crucial to promote this message. It is essential that these contacts and lines of communication be strengthened and remain active.

The activity was also addressed by MEPs Roberta Metsola and Therese Commodini Cachia while guests included former Prime Minister Lawrence Grech and Francis Zammit Dimech MP.

English Version – L-EWROPA FI STAT TA’ INĊERTEZZA

Il-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant qal li l-Ewropa tinsab fi stat ta’ inċertezza dwar kif l-aħjar tidderieġi l-ekonomija tagħha; dwar kif tikkonsolida l-kisbiet tagħha; dwar kif issaħħaħ l-għaqda monetarja u ekonomika; dwar kif tilqa’ għall-isfida tal-immigrazzjoni rregolari. Dr. Sant, li kien qed jindirizza laqgħa organizzata minn ‘National Student Travel Foundation’ f’Ewropa House il-Belt, qal li fi żmien bħal dan hu importanti li kull komunità, kull nazzjon jagħraf kif iwassal il-messaġġ dwar x’jikkostitwixxu l-interessi vitali tiegħu. Dil-ħaġa ma jagħmluhiex biss il-politiċi imma jagħmluha wkoll iċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili kull fejn ikollhom xi leħen fl-Ewropa.

Dr. Sant qal li hu vitali li kulħadd jifhem xinhu l-interess nazzjonali, imma li kulħadd ukoll ikun jaf kif jesprimih b’mod li jiftiehem minn soċjetajiet oħra. Huwa qal li laqgħat, kuntatti u skambji ta’ veduti bejn żgħażagħ u ċittadini Maltin, kif imħeġġa matul is-snin, bix-xbieki ta’ komunikazzjoni li joħolqu, huma kruċjali biex iwasslu dal-messaġġ. Għalhekk hi ħaġa tajba li l-kuntatti u linji ta’ komunikazzjoni mibnija b’dal-mod matul is-snin, jiġu issa mogħtija n-nifs biex minflok jintesew, jibqgħu ħajja u attivi.

Il-laqgħa ġiet indirizzata wkoll mill-MEPs Roberta Metsola u Therese Commodini Cachia waqt li fost il-mistidnin kien hemm l-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi u Francis Zammit Dimech MP.

Facebook Comments

Post a comment