ALFRED SANT …
Was born in 1948 and graduated B.Sc and M.Sc in Physics from the University of Malta in 1968. He studied public administration and diplomacy at the Institut International d’Administration Publique (I.I.A.P.) in Paris (now part of E.N.A., the Ecole Nationale d’Administration) and was awarded the I.I.A.P.’s diploma. Between 1970 and 1975, Sant worked as second and first secretary, specializing in European affairs and in bilateral relations with Western European countries, at Malta’s Mission to the then European Economic Community in Brussels; the Mission doubled as an embassy to the Benelux, West Germany, France and Spain.

He left the diplomatic service to undertake full time studies in Boston, U.S.A. He obtained an M.B.A. with high honors from Boston University in 1976, and a D.B.A. from Harvard Business School in 1979.

In the late seventies, Sant returned to Malta and worked as a business and public sector consultant on management and social issues. He held the post of executive deputy chairman of the Malta Development Corporation (M.D.C.), then charged with industrial promotion and development, between 1979 and 1982. On leaving M.D.C., he was for a time chairman of the island’s leading clothing factory Bortex and of the foundry Metalfond, among other consulting and management assignments that took him to Libya, Swaziland, Azerbaijan, Slovenia, Malaysia, California, Benelux, and Pakistan.

His involvement in politics started in 1982, as chairman of the Malta Labour Party’s information department. Subsequently, he was elected President of the Party (1984-1988). He entered Parliament in 1987, and was elected Labour leader (1992-2008) and Leader of the Opposition. Between 1996 and 1998, he served as Prime Minister of Malta, and is now a Labour M.P.

Alfred Sant is Head of the Maltese Delegation in the S&D Group in the European Parliament. He was elected as an MEP in June 2014. He is also a member on the Committee on Economic and Monetary Affairs and a member on the Delegation for relations with the United States.

Over the years, Sant was extensively involved in journalism, literature and the theatre.
He edited Ferment magazine in the sixties; Tomorrow, a monthly (1982-1984); the quarterly magazine Society (1989-1992); and was a contributing editor to the Maltese language literary quarterly NEO (1989-1991). Between 1978 and 1992, Sant was the Economist Intelligence Unit’s correspondent for Malta, and between 1986 and 1992, correspondent for The European Review. Besides contributing papers and articles to a number of periodicals, he wrote a regular weekly column in the now defunct Malta News (1979-1988), It-Torca (1983-1988, and again 1996-2008), and in The (Malta) Times (1999-2008).

Sant was a founding member of the experimental drama group Xsenuru (1967-1968), having in 1966, won first prize in Malta’s first-ever TV play writing competition and a year later, first prize in a national radio play competition. He has published four Maltese language novels, as well as books of plays, short stories and essays.

Between 1984 and 1988, Sant was married to Mary Darmanin and he has a daughter Marta.

His address: 18 A, Victory Street, B’Kara, Malta.

——————————————————————————————–

Bibliography:

L-Ewwel Weraq tal-Bajtar (1968, reissued 1996) (Novel)

Min hu Evelyn Costa? — u drammi oħra (1979; reissued 1982, 1993) (Plays)

Bejgħ u Xiri (1981; reissued 1999) (Novel)

Silġ fuq Kemmuna (1982, reissued 2005) (Novel)

L-Impenn għall-Bidla (1986) (Essays)

It-28 ta’ April 1958 — Il-Ħobż u l-Ħelsien (1988) (Political history)

Fid-Dell tal-Katidral — u drammi oħra (1994) (Plays)

Malta’s European Challenge (1995)

Kwart ta’ Mija (1995) (Short Stories)

Qabel Tiftaħ l-Inkjesta — u drammi oħra (1999) (Plays)

La Bidu, La Tmiem – 1599 (2001) (Novel)

Confessions of a European Maltese (2003)

Is-Soċjaliżmu fi Żminijietna (2004) (Political analysis)

——————————————————————————————–

This site presents a selection of Alfred Sant’s recent and not so recent contributions classified under the following headings:

• Politics;
• Society and Economy;
• Life and Culture.

ALFRED SANT …

Twieled fl-1948 u ggradwa B. Sc. u M.Sc. fil-fiżika mill-Universita ta’ Malta fl-1968. Studja l-amministrazzjoni pubblika u u d-diplomazija fl-Institut International d’Administration Publique (I.I.A.P.) f’Pariġi (illum parti mill-E.N.A., l-Ecole Nationale d’Administration) u ngħata d-diploma ta’ l-I.I.A.P. Bejn l-1970 ul-1975, Sant ħadem bhala Second Secretary u First Secretary; speċjaliżża fl-affarijiet Ewropej u fir-relazzjonijiet bilaterali ma’ pajjiżi ta’ l-Ewropa tal-Punent, fil-Missjoni ta’ Malta mal-Komunita Ekonomika Ewropea fi Brussel, kif kienet dak iż-żmien; il-Missjoni kienet isservi wkoll bħala ambaxxata mal-Benelux, il-Ġermanja tal-Punent, Franza u Spanja.

Hu telaq mis-servizz diplomatiku biex jistudja f’Boston, l-Istati Uniti. Kiseb M.B.A. summa cum laude mill-Universita ta’ Boston fl-1976 u dottorat D.B.A. mill-Harvard Business School fl-1979.

Lejn l-ahhar tas-snin sebgħin, Sant ġie lura Malta u ħadem bħala konsulent għal negozji privati u għas-settur pubbliku fuq suġġetti li kellhom x’jaqsmu mat-tmexxija maniġerjali u soċjali. Bejn l-1979 ul-1982, kellu l-kariga ta’ deputat ċermen eżekuttiv tal-Korporazzjoni Maltija ta’ l-Iżvilupp (M.D.C.), li dak iż-żmien kienet tmexxi il-promozzjoni u l-iżvilupp industrijali. Wara li spiċċa mill-M.D.C., għamel xi żmien bħala ċermen tal-kumpanija ewlenija tal-ħwejjeġ fil-gżira, il-Bortex u tal-funderija Metalfond, fost ħimdiet oħra ta’ konsulenza u tmexxija maniġerjali li ħaduh il-Libja, is-Swaziland, l-Ażerbajġan, is-Slovenja, il-Malasja, il-Kalifornja, il-Benelux u l-Pakistan.

Beda jinvolvi ruħu fil-politika mis-sena 1982, bħala ċermen tad-dipartiment ta’ l-informazzjoni tal-Partit Laburista Malti. Wara, ġie elett President tal-Partit (1984-1988). Daħal fil-Parlament fl-1987, u ġie elett Mexxej Laburista (1992-2008) u Kap ta’ l-Oppożizzjoni. Bejn l-1996 u l-1998, serva bħala Prim Ministru ta’ Malta u issa hu deputat Laburista.
Matul is-snin, Sant kien involut ħafna fil-ġurnaliżmu, fil-letteratura u fit-teatru.

Kien editur tal-magazine Ferment fis-snin sittin; tal-magazine ta’ kull xahar Tomorrow (1982-1984); tal-magazine li kien jidher kull tlitt xhur Society (1989-1992); u kien editur parteċipanti fil-magazine letterarju bil-Malti ta’ kull tlitt xhur NEO (1989-1991). Bejn l-1978-1992, Sant kien il-korrispondent minn Malta ghall-Economist Intelligence Unit, u bejn l-1986 u l-1992, korrispondent għal The European Review. Barra milli kkontribwixxa studji u artikli għal numru ta’ pubblikazzjonijiet, kien jikteb regolarment artiklu ta’ kull ġimgħa fil-Malta News, li llum m’għadhiex toħroġ (1979-1988); It-Torċa (1983-1988, u mill-ġdid 1996-2008), u fit-Times (1999-2008).

Sant kien membru fundatur fil-grupp ta’ teatru sperimentali Xsenuru (1967-1968), wara li fl-1966, rebaħ l-ewwel premju fl-ewwel konkors għall-kitba ta’ drammi televiżivi li qatt inżamm f’Malta u sena wara, l-ewwel premju f’konkors nazzjonali għall-kitba ta’ radjodrammi. Ippubblika erba’ rumanzi, kif ukoll kotba ta’ drammi, rakkonti u essays.

Bejn l-1984 u l-1988, Sant kien miżżewwġ lil Mary Darmanin u kellhom tifla, Marta.

L-indirizz tiegħu: 18 , Victory Street, B’Kara, Malta.

Bibljografija:

L-Ewwel Weraq tal-Bajtar (1968, 1996) (Rumanz)

Min hu Evelyn Costa — u drammi oħra (1979, 1982, 1993)

Bejgħ u Xiri (1981, 1999) (Rumanz)

Silġ fuq Kemmuna (1982, 2005) (Rumanz)

L-Impenn għall-Bidla (1986) (Saġġi)

It-28 ta’ April 1958 — Il-Ħobż u l-Ħelsien (1988) (Storja politika)

Fid-Dell tal-Katidral — u drammi oħra (1999)

Malta’s European Challenge (1995)

Kwart ta’ Mija (1995) (Rakkonti)

Qabel tiftaħ l-Inkjesta — u drammi oħra (1999)

La Bidu, La Tmiem — 1599 (2001) (Rumanz)

Confessions of a European Maltese (2003)

Is-Soċjaliżmu fi Żminijietna (2004) (Analiżi politika)

F’dan is-sit, se tkun qed tidher għażla ta’ kontribuzzjonijiet reċenti u anqas recenti, magħmula minn Alfred Sant, ikklassifikati taħt dawn it-titoli:

• Politika;
• Soċjeta` u Ekonomija;
• Ħajja u Kultura.

Transparency Report for Dr. Alfred Sant MEP July 14 – April 15
Transparency Report for Dr. Alfred Sant MEP May 15 – April 16