job_market
IndependentInewsmalta

Swieq tax-xogħol

Hemm indikazzjonijiet li m’għandniex suq tax-xogħol wieħed fil-pajjiż, b’livelli tal-pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol li jkollhom impatt “interattiv” fuq xulxin. Minflok, is-suq tax-xogħol inqasam f’setturi mifrudin sew u x’jiġri f’wieħed ftit jaffettwa lill-ieħor. B’mod ġenerali, għax ir-rata tal-qgħad hi daqshekk baxxa, it-tensjoni fis-setturi kollha qed tkun waħda ta’ diffikoltà fis-sejba ta’ personnel. Jekk fhimt tajjeb, l-aktar

blog
IndependentInewsmalta

Brexit… Majjal… Ir-Rabat

Il-premessa li l-Ingliżi ma jafux xi jridu u li l-Ewropej żammew sammi flimkien fin-negozjati għall-Brexit kienet il-pedament ta’ kif ġew ippreżentati fil-midja l-iżviluppi dwar il-ħruġ tal-Gran Brittanja mill-Unjoni Ewropea. Il-problema x’aktarx tista’ tkun li waqt l-inċertezzi għaqdu madwar ir-Renju Unit sa minn meta ttieħed il-vot tar-referendum, l-inċertezzi għadhom qed jibdew għall-Unjoni Ewropea. Forsi mhix daqstant

worried_man
IndependentInewsmalta

Aktar dwar rimedji

Fl-istess ġimgħa li ktibt hawn dwar in-nuqqas ta’ rimedji għal min jinħaqar b’xi inġustizzja jew inizjattiva publika li ġġib magħha ċerti danni, kitbitli persuna dwar problema tagħha. Il-gvern in parti b’fondi Ewropej, tellaq proġett biex itejjeb il-passaġġi f’medda għelieqi. Waqt li l-proġett twettaq, il-gandotti li minnu kien jiskola l-ilma tax-xita ngħalqu. Malli ġiet ix-xita, art

ombudsman
IndependentInewsmalta

Rimedji

Meta xi ħadd isofri inġustizzja, jew jittieħdu deċiżjonijiet żbaljati li jaffettwawlu ħajtu, jew anke jekk id-deċiżjonijiet ikunu tajba u meħtieġa, imma dawn jaffettwaw ħażin il-ħajja ta’ ċittadini b’mod qawwi wisq: x’rimedji hemm biex jingħata kumpens għad-danni li jkunu ġġarrbu? Aktar minn hekk: jekk jeżistu rimedji, kemm jiġu prattikati fil-fatt? Hu qasam dan li kollu nuqqasijiet.

mina
IndependentInewsmalta

Għawdex u l-mina

L-istħarriġ tal-opinjoni li sar sa issa jgħid li maġġoranza kbira ta’ Għawdxin jemmnu li mina bejn Għawdex u Malta tkun żvilupp meraviljuż. Naqbel ma’ dawk li jgħidu li trid tara kif tpoġġew il-mistoqsijiet tal-istħarriġ li sar, għax dak jiddetermina kif se tkun ir-risposta. Is-sentiment f’Għawdex favur il-ħolqien tal-mina qed jingħata sostenn mill-gvern, li wiegħed li

trumpdonald_senate
IndependentInewsmalta

Involviment Amerikan

Id-deċiżjoni tal-President Trump bla dubju tfisser tradiment tal-forzi “ribelli” Kurdi fis-Sirja. Minkejja l-mibegħda li teżisti bejn il-gvernijiet ta’ Erdogan u Assad, xorta jgħaqqadhom il-biża’ li l-Kurdi għad xi darba jispiċċaw b’pajjiż tagħhom magħmul minn biċċiet tat-Turkija, tal-Iraq u tas-Sirja. Imma aktar minn hekk, l-irtirar mis-Sirja tal-Istati Uniti bl-iskuża li l-forzi Ġiħadisti ġew megħluba (anki jekk