bagit
IndependentInewsmalta

X’se nieħdu, x’qed inlestu

Il-kalkoli li jsiru wara l-budget qatt ma jvarjaw: X’ħadna mill-gvern? X’se jeħdilna? F’das-sens, ninsabu fl-isbaħ żminijiet tassew. Għalkemm in-nefqa tal-gvern baqgħet tiżdied qatigħ, sa issa l-Ministru tal-Finanzi jista’ jlaħħaq magħha għax il-flejjes baqgħu deħlin. L-aqwa problema saret kif l-aħjar il-gvern għandu jalloka n-nefqa tiegħu biex jaġevola xi ftit lil kulħadd. Rari kienu l-okkażjonijiet mill-Indipendenza lil

dar-centrali
IndependentInewsmalta

Is-snobiżmu klassista

Is-snobiżmu klassista dejjem kien qawwi fost ċerti tendenzi tal-PN. Mhux fost kollha għax pereżempju fid-diskors ta’ politiċi bħall-Mifsud Bonniċijiet qatt ma eżista sa fejn naf jien. Ġeneralment das-snobiżmu ntwera f’espressjonijiet ta’ disprezz lejn il-ħaddiema u l-familji tagħhom li kienu jintużaw fil-ġurnaliżmu u fil-laqgħat informali. Espressjonijiet bħal “dawk li qatt ma jinħaslu” jew “il-ħamalli” – biex

economy
IndependentInewsmalta

Valur miżjud

Jeħtieġ li ninkuraġġixxu attività li tassew tħalli valur qawwi u miżjud fl-ekonomija Maltija. Mill-aħħar tas-snin tmenin u mis-snin disgħin tas-seklu l-ieħor, il-gvernijiet ta’ Fenech Adami imbuttaw bil-kbir lill-ekonomija Maltija lejn waħda li tispeċjalizza fil-provista ta’ servizzi. Qabel, l-emfażi kien biex l-industrija tingħata kull inkoraġġiment. Biżżejjed taqra l-pjani ta’ żvilupp tas-snin ta’ qabel biex tifhem dil-ħaġa.

economic-growth
IndependentInewsmalta

Governanza u tkabbir ekonomiku

Bħall-bqija tal-Ewropa, għal snin sħaħ Malta kellha tara kif se tilqa’ għall-effetti tar-riċessjoni tas-sena 2008 u wara. Peress li dħalna fiż-żona tal-ewro kmieni wisq, il-biża’ li dawn l-effetti joħolqu diżgwid kbir kien qawwi. Il-governanza tal-pajjiż għafset bla ma tant irnexxielha, fuq rażan fl-ispiża publika. Dil-ħaġa kienet kontra l-interess ekonomiku ta’ Malta mitqiesa bħala entità għaliha

sant-1
IndependentInewsmalta

Moralità sekulari

Meta l-Ewropa kienet magħquda fi spazju Nisrani matul iż-Żminijiet tan-Nofs, il-kejl ta’ x’kien morali jew le fil-ħajja privata u publika kien l-istess kullimkien. Kellna ċentru wieħed ta’ ġudizzju u poter morali li tajjeb jew ħażin kien aċċettat minn kulħadd jew kważi. L-Ewropa kienet bħall-Iran illum. Ma jfissirx li ma seħħewx abbużi u rewixti ta’ kull

money
IndependentInewsmalta

X’inhu jwassal biex il-fqar jiftaqru aktar?

Id-diverġenza bejn dawk li jaqilgħu ħafna f’pajjiżna u dawk li jaqilgħu ftit jew ftit wisq, kibret qatigħ. Jidher li se tkompli tiżdied. Ir-raġuni hi li d-dħul ta’ min qed jaqla’ ħafna baqa’ jiżdied. Waqt li l-introjtu ta’ min jaqla’ ftit mhux talli ma żdiedx, talli x’aktarx li naqas relattivament, jekk mhux b’mod assolut. Tal-ewwel waħidha