believe
IndependentInewsmalta

Fiex Nemmnu?

Nemmnu f’soċjetà li tħenn? Imma xi tfisser soċjetà li tħenn fi żminijietna, meta daqstant nies jikkontribwixxu għall-Istrina u x’naf jien waqt li l-għajta hi li s-suq isuq? Allura, nemmnu f’soċjetà kompetittiva, misjuqa mir-regoli tas-suq ħieles? Imma x’qed nifhmu b’dan fi żmien fejn joħroġ ċar li min hu qawwi f’das-suq isib vantaġġi lesti għalih f’kif jiġi

prekarju
IndependentInewsmalta

Xogħol Prekarju

M’iniex konvint li l-ġlieda kontra x-xogħol prekarju qed tintrebaħ, u mhux f’Malta biss. F’ekonomija globalizzata u bil-ftuħ tal-fruntieri għal immigrazzjoni qawwija qed jinstab skop sħiħ biex ix-xogħol jiġi trattat qisu kien kommodità oħra, soġġett biss għal-liġijiet tat-talba u l-offerta. F’ħafna oqsma, dan jiġi jfisser li jirbaħ l-orħos. Fil-qasam tax-xogħol, tferrxet is-sejħa li ż-żminijiet inbidlu u

digital
IndependentInewsmalta

Diġitali

Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar titqawwa l-isfida diġitali. Kif nikkomunikaw, nixtru u nħallsu, naħdmu, niddevertu, dalwaqt nimmaġina wkoll kif immutu, sar determinat mill-użu tal-informatika, l-aktar permezz tal-internet. Fl-Unjoni Ewropea bħalissa għaddej sforz biex tinħoloq strateġija Ewropea li biha l-mezzi diġitali jiġu kordinati fil-qafas ta’ suq kontinentali wieħed ħalli jiżdiedu l-ħidma ekonomika u x-xogħol. Qed jiġu

police-afm-min
IndependentInewsmalta

Pulizija u Armata

Dil-fehma mhix se tkun popolari. Madankollu, iċ-ċirkostanzi huma tali li jeżisti bżonn urġenti biex fl-aħħar, il-forzi tas-sigurtà f’pajjiżna – il-pulizija u l-armata – jissaħħu bil-kbir. Dan jista’ jsir biss bi pjan tat-tul li jtejjeb tassew, mhux bil-kliem biss kif ġara sa issa, l-istrutturi u l-funzjonament taż-żewġ korpi. L-aqwa pass, apparti mit-tiġdid u t-titjib tar-riżorsi materjali

libya-map
IndependentInewsmalta

IL-Libja

Ilna ż-żmien kulħadd jgħid kemm hu meħtieġ li l-Libja terġa’ ssib il-paċi billi l-fazzjonijiet kollha ta’ ġo fiha jaslu għal ftehim ġust bejniethom. Donnu li dan kollu ma tantx qed jasal aktar bogħod mill-kliem. In-nuqqas ta’ ftehim għadu jippersisti minkejja kull sforz li sar biex il-problemi jitwittew. Uħud isostnu li qabel jitjiebu, l-affarijiet għad jistgħu

European flag
IndependentInewsmalta

L-Isfidi Quddiem l-Ewropa

Aħjar insejħulhom sfidi biex ma ninstemgħux wisq pessimisti. Imma huma sfidi iebsa u qawwija dawk li jinsabu quddiem l-Ewropa llum. L-immigrazzjoni u t-terroriżmu huma fost l-oqsma kruċjali li l-aktar jeħtieġu tweġiba fuq skala kontinentali. Biss mhumiex iqanqlu koperazzjoni mifruxa u ġenwina. Minflok, is-suspetti u d-dubji donnhom qed jimminaw il-ħolqien ta’ politika komuni li tinħass effettiva