blog
IndependentInewsmalta

Regoli Ewropej… Strasburgu… Alan Garcia

Ħadd jew kważi f’Malta ma għandu idea ta’ xinhuma “covered bonds”. Aħna ma nużawhomx. F’pajjiżi bħall-Ġermanja, l-Italja u d-Danimarka servew għal sekli bħala mod kif jiġu finanzjati mingħajr riskju, proġetti mill-aktar siewja. Fl-aħħar tliet snin, sar sforz biex is-swieq li fihom jinbiegħu il-“covered bonds” jingħaqdu f’qafas Ewropew. Kelli x’naqsam ma’ dan il-proġett min-naħa tal-Parlament Ewropew.

_eu_flag
IndependentInewsmalta

L-għażla f’dawn l-elezzjonijiet

L-għażla quddiem il-poplu Malti fl-elezzjonijiet Ewropej li resqin tikkonċerna bil-kbir il-mistoqsija: X’tip ta’ rappreżentanti jrid li jkollu fil-Parlament Ewropew? Irid deputati Maltin iffokati fuq li jqanqlu kemm reżistenza jistgħu għall-gvern ta’ pajjiżhom fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea? Jew deputati li anke jekk kritiċi tal-gvern tal-ġurnata, jrażżnu l-mod kif jitkellmu u jaġixxu fin-negattiv dwar pajjiżhom? Mistoqsija bħal din

flag
IndependentInewsmalta

L-aħħar tal-mandat… Dil-ġimgħa timmarka l-aħħar tal-mandat tal-parlament ewropew.

Bl-aħħar kompromess li nstab mill-gvernijiet membri dwar kif se jkompli l-proċess tal-Brexit, jidher li r-Renju Unit se jkun qed jieħu sehem fl-elezzjonijiet li riesqa. Legalment, mid-dehra ma nstabx mod kif jittawwal iż-żmien li fih ir-Renju Unit jibqa’ “membru” mingħajr ma jżomm elezzjonijiet Ewropej. Ma nafx x’sinjifikat se jagħtihom il-poplu Brittaniku, li mingħalih li t-triq tiegħu

__george_vella
IndependentInewsmalta

Dinjituż

M’hemmx kelma oħra – il-President ta’ Malta Dr George Vella kellu diskors mill-aktar dinjituż biex jiftaħ il-mandat presidenzjali tiegħu. Barra minn dinjituż, kien jirrifletti ħsieb u għaqal statali mibnija fuq esperjenza profonda tar-realtà politika Maltija. Hi ħaġa ċara: l-ideal tal-President biex l-għaqda nazzjonali tisseddaq mhux wieħed faċli li jintlaħaq. Bil-kliem, iva. Bil-fatti konkreti, mhux daqstant.

_bank
IndependentInewsmalta

Banek

F’diskursata ta’ malajr ma’ uffiċjal eżekuttiv ta’ bank lokali fissirli kemm qed iħossu frustrat. Skont hu – u naqbel miegħu – funzjoni essenzjali ta’ bank hi li jsellef il-flus b’mod kompetittiv lil imprendituri żgħar li jkunu se jtellqu proġett ta’ investiment fil-linja tagħhom. Skont hu, tant qed jinħolqu ostakli burokratiċi biex dan isir li hu

grupp_ta_persuni_jitkellmu
IndependentInewsmalta

Organizzazzjonijiet ċivili

Qrajt dwar il-miżuri li jinsabu viġġenti meta numru ta’ nies jinġabru flimkien biex iwaqqfu jew isostnu bejniethom organizzazzjoni ċivili. Biex iwasslu messaġġ soċjali, kulturali jew ieħor; jew sempliċement biex iżommu kuntatt. Jekk fhimt tajjeb, iridu jirreġistraw mal-Kummissarju inkarigat mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u jsegwu ċerti regoli biex jindikaw id-dħul u l-ħruġ finanzjarju tagħhom. Bqajt ftit mistagħġeb