traffic
IndependentInewsmalta

Traffiku

Fil-kontroversja dwar kif tista’ titjieb il-qagħda tat-traffiku, kważi kulħadd qed jinjora punt ċar: l-ebda soluzzjoni ma tista’ tinstab mingħajr ma jkun hemm minn ħafna – jekk mhux minn kulħadd – qbil dwar bidla radikali fil-mod kif ngħixu, jew inħallsu għal kif ngħixu. Se jkun hemm bżonn: li togħla l-ispiża tat-trasport; li l-konvenjenza li drajna ngħixu

malta-economy
IndependentInewsmalta

Kritika

Ftit sibtha impressjonanti l-kritika li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għamlet tal-baġit u tad-direzzjoni ekonomika attwali. Ħaġa ċara li meta l-ekonomija tkun għaddejja b’rankatura, kif qed jiġri f’Malta bħalissa, kwalunkwe Oppożizzjoni se ssib ruħha mxekkla f’li tista’ tikkummenta. Biss xorta tista’ tagħmel kritika valida. Forsi mhix se tinftiehem minn Ċikku l-poplu għall-ewwel. Imma tħejji l-bażi għal x’jista’ jinqala’

budget_case_1
IndependentInewsmalta

Il-Mewġ tal-Baġit

Tista’ tara l-proċess li bih il-baġit jasal għand il-poplu bħala wieħed li jseħħ fi tliet mewġiet. Fl-ewwel mewġa, il-baġit jitħabbar u jaqla’ fil-beraħ kummenti tal-Oppożizzjoni u ta’ “esperti” u rappreżentanti ta’ għaqdiet ċivili ta’ kull xeħta u sura. Għal ħafna nies, il-punt ikun kif huma ntlaqtu direttament f’pagi, taxxi, benefiċċji ġodda. It-tieni mewġa titlaq ftit

budget
IndependentInewsmalta

Kordinament

Tajjeb kemm hu tajjeb, il-baġit għas-sena 2016 bħal ta’ qablu u bħal dawk li jiġu warajh, se jiddependi għas-suċċess tiegħu minn kemm il-gvern jirnexxilu jimplimentah tajjeb. Meta ngħid il-gvern hawn, infisser dawk l-istrutturi amministrattivi u politiċi inkarigati mit-twettiq ta’ proġetti ġodda li l-baġit qed iħabbar, kif ukoll mill-attivitajiet regolari tal-gvern. M’għadux aktar biżżejjed li ministeru

budget
IndependentInewsmalta

Eżiġenzi Finanzjarji

Għall-baġit ta’ dis-sena, b’differenza sħiħa mis-snin ta’ qabel, il-gvern Malti m’għandux isibha ħaġa diffiċli li jissodisfa l-eżiġenzi tal-Patt għall-Istabbilta u t-Tkabbir li jitħaddmu fiż-żona ewro. Il-Patt irekken il-finanzi tal-gvernijiet biex ma jħallix il-ħruġ tagħhom jogħla aktar minn ċertu livell fuq id-dħul. Mhux l-ewwel darba li Malta qalgħet ċamati dwar hekk u ngħatat ordnijiet minn Brussell

OECD_1
IndependentInewsmalta

Aktar fuq taxxi

L-OECD, l-organizzazzjoni għall-koperazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku fl-aħħar ħarġet dokument mistenni tagħha dwar proċedura ġdida (imsejħa BEPS) li għandha tkun maqbula bejn il-gvernijiet dwar kif jiġu rapportati l-profitti tal-kumpanji multinazzjonali. Fil-kontijiet tagħhom dawn jipprovaw jevitaw it-taxxi billi l-profitti li jagħmlu f’pajjiż jgħadduhom minn pajjiż ieħor. L-istess sforz biex l-evażjoni tat-taxxa titnaqqas fl-Ewropa qed isir mill-Kummissjoni Ewropea