land_use
ArticlesIndependentInewsmalta

Użu Tal-Art

L-art hi l-aktar riżors skars u ta’ valur f’pajjiżna. Jeżistu limitazzjonijiet ċari għal kemm jista’ jkollna art disponibbli għall-użu. Maż-żmien, it-talba għal din l-art biex tintuża b’mod jew ieħor kellha tiżdied, kif għamlet. Żdied il-prezz tagħha. Kompliet tikber il-pressjoni biex l-art tintuża b’mod aktar intensiv. Biss, minkejja li kulħadd għaraf kemm hi prezzjuża l-art, jew

euro
ArticlesIndependentInewsmalta

Garanziji

Il-kontroversja dwar il-garanziji li l-gvern qed jagħti għall-bini ta’ power station ġdida saret qisha muntanja mtellgħa minn barmil konkos. Imma mhux għalkollox. Il-ftehim oriġinali bejn il-gvern u l-impriża privata kuntrattata biex tibni l-power station kellu jieħu l-forma “klassika” tal-“buy back” bejn il-privat u l-istat. Jiġifieri, tal-ewwel jinvesti fuq wegħda minn tat-tieni li fil-futur se jixtrilu

malta
ArticlesIndependentInewsmalta

Storja Ekonomika Ta’ Malta

Ilu li wasal iż-żmien li tinkiteb l-istorja tal-ekonomija moderna ta’ Malta mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija sal-lum. Narrattivi mifruxa dwar żviluppi politiċi u anke soċjali ssib, għalkemm ma jkoprux il-medda kollha ta’ żmien li semmejt. Storja simili miktuba b’mod komprensiv li tiddeskrivi kif iffunzjonaw u nbidlu l-istrutturi ekonomiċi tal-gżejjer tagħna baqgħet ma dehritx sa fejn naf

kurja
ArticlesIndependentInewsmalta

Governanza Fil-Knisja

Għadda żmien mhux ħażin issa minn meta l-Knisja ta’ Malta bidlet il-kap tagħha. Kien hemm rapporti u kontroversji dwar diżgwid u problemi fit-tmexxija tagħha li wasslu, jekk fhimt tajjeb, biex l-eks Arċisqof Cremona ta r-riżenja tiegħu. Minħabba f’hekk, wieħed kien jistenna li jiddaħħlu bidliet (ejja ma nsejħulhomx riformi) taħt it-tmexxija l-ġdida. X’se jkunu u kif

banks
ArticlesIndependentInewsmalta

Banek

Wara l-kjass finanzjarju li ħarbat l-Ewropa mill-2008 ’l quddiem, l-avvanz lejn għaqda bankarja fiż-żona tal-ewro kien mistenni u x’aktarx neċessarju. Ġab miegħu sorvelja aħjar tat-tmexxija tal-banek ewlenin Ewropej, regoli aktar strinġenti dwar kif bank iħaddem il-flejjes li jindokra u mekkaniżmu Ewropew biex jilqa’ għall-banek li jidħlu f’diffikoltà. Dan kollu ġie jfisser spejjeż ogħla ta’ tmexxija

dilemma
ArticlesIndependentInewsmalta

Dilemma

Id-dmir ta’ kull Oppożizzjoni hu li ssus fuq il-gvern tal-ġurnata biex fost affarijiet oħra tassigura li ssir governanza tajba tal-pajjiż. Dan billi tqajjem diskussjoni dwar problemi ta’ tmexxija ħażina, prepotenza, korruzzjoni, abbuż ta’ poter, konflitt ta’ interess min-naħa tal-awtoritajiet publiċi. Bħalissa l-Oppożizzjoni Nazzjonalista u l-midja li tappoġġjaha qed jisħqu bil-kbir fuq kwistjonijiet bħal dawn. Lil