business
ArticlesIndependentInewsmalta

Negozji u politika

Il-kontroversja li għaddejja dwar min irċieva liema flus mingħand liema negozjant u min għamel favuri lil min bejn politikanti u negozjanti, qed terġa’ tasal quddiemna mkebba bħal dejjem f’ħafna ipokresija. Il-verità hi li fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali ta’ pajjiżna, il-partiti politiċi jeħtieġu donazzjonijiet biex jiffinanzjaw il-kampanji tagħhom, u l-istess il-kandidati. Il-kumpaniji jirrikonoxxu dil-ħaġa u jagħtu

immigration_1
IndependentInewsmalta

Qbil bejn l-Ewropej?

Dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni, għad hemm firda kbira bejn il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Jidher li l-interessi nazzjonali qed jinħassu ħafna aktar qawwija minn dak li jista’ jkun interess Ewropew wieħed u magħqud. Fl-istess ħin, kważi l-pajjiżi membri kollha jsostnu li l-kriżi tar-rifuġjati tista’ tinħall biss jekk tiġi trattata bħala problema Ewropea. “Kważi kollha” għax fost il-membri

mater
IndependentInewsmalta

Prezz Għas-Saħħa

Is-servizzi tas-saħħa huma u għandhom ikunu b’xejn. Imma ma jiġux b’xejn. Hemm min jaħseb li l-ispiża li nħallsu għalihom fil-futur mhix se tkun sostenibbli. Dan hu argument diskutibbli. M’hemmx dubju madankollu li għax iċ-ċittadin ma jħallasx għas-servizzi li jirċievi, hemm ir-riskju ta’ ħala fil-provvista ta’ mediċini jew servizzi oħra. Meta fl-1997 ipproponejna li ndaħħlu prezz

traffic
IndependentInewsmalta

Traffiku

Fil-kontroversja dwar kif tista’ titjieb il-qagħda tat-traffiku, kważi kulħadd qed jinjora punt ċar: l-ebda soluzzjoni ma tista’ tinstab mingħajr ma jkun hemm minn ħafna – jekk mhux minn kulħadd – qbil dwar bidla radikali fil-mod kif ngħixu, jew inħallsu għal kif ngħixu. Se jkun hemm bżonn: li togħla l-ispiża tat-trasport; li l-konvenjenza li drajna ngħixu

malta-economy
IndependentInewsmalta

Kritika

Ftit sibtha impressjonanti l-kritika li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għamlet tal-baġit u tad-direzzjoni ekonomika attwali. Ħaġa ċara li meta l-ekonomija tkun għaddejja b’rankatura, kif qed jiġri f’Malta bħalissa, kwalunkwe Oppożizzjoni se ssib ruħha mxekkla f’li tista’ tikkummenta. Biss xorta tista’ tagħmel kritika valida. Forsi mhix se tinftiehem minn Ċikku l-poplu għall-ewwel. Imma tħejji l-bażi għal x’jista’ jinqala’

budget_case_1
IndependentInewsmalta

Il-Mewġ tal-Baġit

Tista’ tara l-proċess li bih il-baġit jasal għand il-poplu bħala wieħed li jseħħ fi tliet mewġiet. Fl-ewwel mewġa, il-baġit jitħabbar u jaqla’ fil-beraħ kummenti tal-Oppożizzjoni u ta’ “esperti” u rappreżentanti ta’ għaqdiet ċivili ta’ kull xeħta u sura. Għal ħafna nies, il-punt ikun kif huma ntlaqtu direttament f’pagi, taxxi, benefiċċji ġodda. It-tieni mewġa titlaq ftit