budget
IndependentInewsmalta

Kordinament

Tajjeb kemm hu tajjeb, il-baġit għas-sena 2016 bħal ta’ qablu u bħal dawk li jiġu warajh, se jiddependi għas-suċċess tiegħu minn kemm il-gvern jirnexxilu jimplimentah tajjeb. Meta ngħid il-gvern hawn, infisser dawk l-istrutturi amministrattivi u politiċi inkarigati mit-twettiq ta’ proġetti ġodda li l-baġit qed iħabbar, kif ukoll mill-attivitajiet regolari tal-gvern. M’għadux aktar biżżejjed li ministeru

budget
IndependentInewsmalta

Eżiġenzi Finanzjarji

Għall-baġit ta’ dis-sena, b’differenza sħiħa mis-snin ta’ qabel, il-gvern Malti m’għandux isibha ħaġa diffiċli li jissodisfa l-eżiġenzi tal-Patt għall-Istabbilta u t-Tkabbir li jitħaddmu fiż-żona ewro. Il-Patt irekken il-finanzi tal-gvernijiet biex ma jħallix il-ħruġ tagħhom jogħla aktar minn ċertu livell fuq id-dħul. Mhux l-ewwel darba li Malta qalgħet ċamati dwar hekk u ngħatat ordnijiet minn Brussell

OECD_1
IndependentInewsmalta

Aktar fuq taxxi

L-OECD, l-organizzazzjoni għall-koperazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku fl-aħħar ħarġet dokument mistenni tagħha dwar proċedura ġdida (imsejħa BEPS) li għandha tkun maqbula bejn il-gvernijiet dwar kif jiġu rapportati l-profitti tal-kumpanji multinazzjonali. Fil-kontijiet tagħhom dawn jipprovaw jevitaw it-taxxi billi l-profitti li jagħmlu f’pajjiż jgħadduhom minn pajjiż ieħor. L-istess sforz biex l-evażjoni tat-taxxa titnaqqas fl-Ewropa qed isir mill-Kummissjoni Ewropea

european
ArticlesIndependentInewsmalta

Presidenza

Is-segretarju parlamentari għal affarijiet Ewropej Ian Borg kien Brussels għal laqgħa tal-grupp tas-soċjalisti u d-demokratiċi fil-Parlament Ewropew. Jinsab inkarigat ukoll mit-tħejjijiet għall-ħidma li Malta se twettaq fl-2017 fil-presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. It-tħejjijiet qed jittieħdu bis-serjetà. Fost oħrajn, seħħet żieda ppjanata fl-istaff ta’ Dar Malta fi Brussell. Minn issa, din qed tkabbar l-operat tagħha biex tlaħħaq

turkey
ArticlesIndependentInewsmalta

Turkija u Stati Uniti

Statistika li ħarġet dwar it-turizmu li jsir mill-Unjoni Ewropea lejn pajjżii barra l-Unjoni turi li ż-żewġ destinazzjonijiet li jilqgħu l-aktar turisti Ewropej huma l-Istati Uniti u t-Turkija. Tal-aħħar qed taffaċċja sfidi ta’ konfront militari intern u estern, barra milli nħolqulha komplikazzjonijiet politiċi li għadhom għaddejja. Ħaġa naturali li fiċ-ċirkostanzi attwali, iseħħ kanċellament ta’ vaganzi lejha.

Volkswagen-scandal
ArticlesIndependentInewsmalta

Negozju u frodi

L-iskandlu bil-frodi li wettqu tal-Volkswagen fit-testijiet fuq il-karozzi ġodda tagħhom hu l-aħħar wieħed f’sensiela ta’ episodji tal-istess tip li seħħew fuq skala dinjija. Responsabbli kienu kumpaniji multinazzjonali li sar għandhom aktar saħħa mill-blokki kontinentali ta’ kummerċ u investiment. Fi żmien pjuttost qasir, kellna l-iskandli: tal-Enron; tal-banek kbar Amerikani u Ewropej li ppakkjaw u biegħu self