malta
ArticlesIndependentInewsmalta

Storja Ekonomika Ta’ Malta

Ilu li wasal iż-żmien li tinkiteb l-istorja tal-ekonomija moderna ta’ Malta mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija sal-lum. Narrattivi mifruxa dwar żviluppi politiċi u anke soċjali ssib, għalkemm ma jkoprux il-medda kollha ta’ żmien li semmejt. Storja simili miktuba b’mod komprensiv li tiddeskrivi kif iffunzjonaw u nbidlu l-istrutturi ekonomiċi tal-gżejjer tagħna baqgħet ma dehritx sa fejn naf

kurja
ArticlesIndependentInewsmalta

Governanza Fil-Knisja

Għadda żmien mhux ħażin issa minn meta l-Knisja ta’ Malta bidlet il-kap tagħha. Kien hemm rapporti u kontroversji dwar diżgwid u problemi fit-tmexxija tagħha li wasslu, jekk fhimt tajjeb, biex l-eks Arċisqof Cremona ta r-riżenja tiegħu. Minħabba f’hekk, wieħed kien jistenna li jiddaħħlu bidliet (ejja ma nsejħulhomx riformi) taħt it-tmexxija l-ġdida. X’se jkunu u kif

banks
ArticlesIndependentInewsmalta

Banek

Wara l-kjass finanzjarju li ħarbat l-Ewropa mill-2008 ’l quddiem, l-avvanz lejn għaqda bankarja fiż-żona tal-ewro kien mistenni u x’aktarx neċessarju. Ġab miegħu sorvelja aħjar tat-tmexxija tal-banek ewlenin Ewropej, regoli aktar strinġenti dwar kif bank iħaddem il-flejjes li jindokra u mekkaniżmu Ewropew biex jilqa’ għall-banek li jidħlu f’diffikoltà. Dan kollu ġie jfisser spejjeż ogħla ta’ tmexxija

dilemma
ArticlesIndependentInewsmalta

Dilemma

Id-dmir ta’ kull Oppożizzjoni hu li ssus fuq il-gvern tal-ġurnata biex fost affarijiet oħra tassigura li ssir governanza tajba tal-pajjiż. Dan billi tqajjem diskussjoni dwar problemi ta’ tmexxija ħażina, prepotenza, korruzzjoni, abbuż ta’ poter, konflitt ta’ interess min-naħa tal-awtoritajiet publiċi. Bħalissa l-Oppożizzjoni Nazzjonalista u l-midja li tappoġġjaha qed jisħqu bil-kbir fuq kwistjonijiet bħal dawn. Lil

george vella
ArticlesIndependentInewsmalta

George Vella

L-aħbar li George Vella, ħabib kbir, ġarrab problemi ta’ saħħa waqt żjara uffiċjali f’Bejġing ħasditni. Ħadt ir-ruħ insir naf li l-kondizzjoni tiegħu kienet taħt kontroll u li l-kura li ngħatatlu rnexxiet L-ewwel li ħdimt mill-qrib ma’ George kien fl-1992. Dejjem ammirajt id-dehen, l-enerġija, l-intelliġenza u l-onestà tiegħu – mhux l-anqas kif meta jkollu xi ħaġa

court
ArticlesIndependentInewsmalta

Istituzzjonijiet

Pajjiż jipprogressa u jimmodernizza jekk id-demokrazija parlamentari tiegħu tkun tistrieħ fuq istituzzjonijiiet ekonomiċi u soċjali li jaħdmu tajjeb u li jaddattaw ruħhom għall-bidliet meħtieġa. Dan hu punt li ta’ spiss ma nagħtuhx importanza biżżejjed. B’hekk rajna deċiżjonijiet kbar jittieħdu bla ma jkunu involuti l-istituzzjonijiet li suppost jinkwadraw ir-realtà soċjali tagħna. Rajna strutturi ta’ tmexxija li