economic-data
ArticlesIndependentInewsmalta

Attenti

L-aħħar firxa ta’ statistika dwar l-andament ekonomiku fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena reġgħet ikkonfermat l-ottimiżmu li qed jinbena. Ir-rati ta’ tkabbir f’numru ta’ setturi baqgħu inkoraġġanti ħafna, ħaġa li qed tħaffef il-piżijiet tat-tmexxija finanzjarja tal-gvern. Madankollu rridu dejjem inżommu saqajna mal-art. Hemm żgur żewġ aspetti ta’ dawn ir-riżultati li jridu jingħataw attenzjoni. B’kejl reali,

university
ArticlesIndependentInewsmalta

Mistoqsijiet

Lil hinn mill-kontroversji, mhux kollha mqanqla mir-rieda tajba, li għaddejjin dwar il-proposta għat-twaqqif ta’ Università ġdida privata f’Malta, kif jista’ wieħed jasal għal opinjoni bis-sens dwar il-proġett? Naħseb li jista’ jagħmel hekk billi jara xi tweġiba teżisti għal tliet mistoqsijiet. Hawn huma: Il-kunċett wara l-proġett hu tajjeb ħafna, tajjeb jew ħażin mill-perspettiva tal-interess nazzjonali? Jekk

materdei
ArticlesIndependentInewsmalta

Iż-Żmien Mitluf

Meta nisma’ r-rapporti dwar x’ġara fl-ewwel nofs tas-snin disgħin fil-bini tal-isptar illum Mater Dei, inħossni qisni lura f’nofs atmosfera tixbah lil dik li Marcel Proust iddeskriva fir-rumanz tiegħu twil twil “Lejn is-Sejba taż-Żmien Mitluf”. Sħabi u jien konna domna nippritkaw li f’dak l-isptar kienu qed isiru pulċinellati mill-kbar. Ġibna l-provi. Niftakar waħda minnhom: Glenn Bedingfield

europe_imp
ArticlesIndependentInewsmalta

Titjib Ekonomiku Fl-Ewropa

Tista’ tgħid li l-osservaturi kollha qed jikkonfermaw li s-sinjali ta’ titjib ekonomiku fl-Ewropa baqgħu jissaħħu fl-aħħar ġimgħat. Wara kollox, xi darba jew oħra bilfors kellhom ibattu l-istaġnar u anki riċessjoni li baqgħu jitwalu mill-kriżi qawwija tal-2008. Għall-ewwel darba l-ekonomiji tal-Unjoni Ewropea (ħlief forsi għal Ċipru u l-Greċja) qed jirreġistraw tkabbir. Għaliex madankollu l-fiduċja fil-futur għadha

investment
ArticlesIndependentInewsmalta

Bżieżaq

Ħafna fostna għadhom ma fehmux kemm hu diffiċli li tressaq lejn pajjiżna investiment dirett ġdid. Jiġifieri investiment li se jwaqqaf negozju fostna u jħaddem in-nies. M’għandniex suq tagħna kbir bżżejjed, m’għandniex riżorsi naturali u ninsabu bogħod minn swieq li jeħtiġilna nimmiraw għalihom. Veru li r-revoluzzjoni diġitali ġabet qrib ta’ xulxin lill-imkejjen kollha tad-dinja. Għamlet hekk

minerals
ArticlesIndependentInewsmalta

Minerali Mill-Afrika

Il-ġimgħa l-oħra, bla wisq fanfarri fil-midja, ukoll f’Malta, mill-Parlament Ewropew għaddiet riżoluzzjoni li tippromovi l-kontrolli fuq it-traffiku ta’ minerali rari minn żoni fl-Afrika fejn hemm konflitti u gwerer. Għax huma mfittxija għal proċessi industrijali sensittivi, il-prezz tagħhom hu għoli ħafna. Il-kuntrabandu fihom qed iservi biex jiffinanzja gruppi armati speċjalizzati fil-qtil u fir-rapiment. Il-ħsieb hu li