Jistħoqqilhom kull appoġġ l-inizjattivi biex inpoġġu lill-pajjiż f’linja tal-innovazzjoni fil-ħidma ekonomika, soċjali u kulturali. Il-proġetti mfassla pereżempju fl-oqsma tal-blockchain u tal-mediċina esperimentali huma ammirevoli. Qed juru x’għandha tkun it-triq ’il quddiem.

B’kondizzjoni waħda: Li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex f’dak li jsir, tingħata attenzjoni sħiħa ħalli tinżamm trasparenza totali fil-mod kif jitħaddmu r-regoli ta’ tmexxija tas-setturi “ġodda”. Bl-ebda mod, dak li jista’ jsir fihom ma għandu jqajjem suspetti dwar l-integrità tal-pajjiż. Ma rridux inħallu jiġri, kif wisq nibża’ ġara fil-qasam tal-imħatri bl-internet.

Is-suċċess miksub malajr fl-iżvilupp ta’ das-settur wassal biex jinħoloq spazju għal inizjattivi mudlama. Jekk irridu nkunu onesti, tul l-aħħar għaxar snin, ma urejniex kapaċità biżżejjed – forsi anki r-rieda – biex indawluhom fil-ħin. Batiet ir-reputazzjoni tal-pajjiż. Issaħħet ir-rieda ta’ min jaqbillu jagħmlilna l-bsaten fir-roti.

***

BIEDJA

Ma tantx segwejt il-fażijiet differenti tal-proċess li bih fl-aħħar snin, tħejja pjan għal politika dwar il-biedja li twassal sas-sena 2028. Issa li l-pjan tħabbar, mhux daqstant faċli l-anqas li ssibu fuq l-internet… sal-mument meta qed nikteb.

Bl-informazzjoni dettaljata li jiġbor u bil-proposti numerużi, li jagħmel il-pjan hu impressjonanti.

Madankollu, jista’ jkun li fil-ħafna dettalji u fil-għadd ta’ miżuri li jesponi, hemm difett.

Jintilef is-sens tal-qagħda kritika – biex ma ngħidx kriżi – li qed jaffaċċjaw il-bdiewa u r-raħħala. Talanqas dak is-sens nieħu meta nkellem uħud minnhom f’Malta u f’Għawdex.

Imbagħad, x’aktarx li hemm bżonn li l-miżuri jitpoġġew f’ordni ta’ priorità. Nifhem l-intenzjoni li jkun hemm strateġija “ħolistika”. Biss, l-esperjenza tgħallimna li f’das-settur, it-twettiq ta’ politika ta’ riforma baqa’ jaqa’ lura.

Aħjar anqas, imma li tassew isir – milli ħafna, li jibqa’ fuq il-karta.

***

STABBILTÀ

Fl-Ewropa magħquda li qed tinbena issa, bejn sebgħa u ħamsin membru – fejn id-diversità ekonomika u soċjali hi lampanti – fejn qed ikollha tiġi ffaċċjata l-problema akuta ta’ pajjiż ewlieni li jrid jitlaq għal rasu – fejn meta jasal il-waqt għal deċiżjonijiet strateġiċi, jidħlu fin-nofs il-kalkoli u l-iskadenzi elettorali ta’ pajjiżi membri differenti – fejn mhix qed tinstab soluzzjoni maqbula għat-tensjonjiet li l-immigrazzjoni minn barra l-Unjoni ħolqot – fejn …

F’din l-Ewropa, l-aqwa għan qed jitqies dak li l-istabbiltà tkun kemm jista’ jkun garantita – li l-aqwa ħaġa sseħħ meta l-gvernijiet tal-pajjiżi membri jistgħu jitkellmu flimkien minn pożizzjoni soda f’pajjiżhom stess. B’hekk biss li politika fattibbli għall-għaqda Ewropea tista titnieda u titmexxa.

Hu għan realistiku? Għal numru limitat ta’ żmien, x’aktarx li iva. Wara kollox, l-ebda politika ma tista’ tiġi mfassla biex tibqa’ tgħodd għall-eternità. Imma wara…?

English Version – Blocks and chains

Initiatives meant to put the country in line with ongoing economic, social and cultural innovation merit full support. For instance, projects being launched in the blockchain and experimental medicine sectors are most welcome. They showthe way forward.

But this on one condition: That precautions are taken to ensure in all which is done, that we fully watch out to maintain a total transparency in the way by which rules are designed for the management of the “new” sectors. In no way should anything be allowed in their operation that would trigger suspicions about the integrity of the country. We should not allow to occur what I too much fear, has happened in the internet gaming sector.

The success obtained very fast in the development of the sector led to the creation of opportunities for occult initiatives. To be honest, in the past decade, we have not demonstrated a due ability – perhaps also the willingness – to curtail them immediately. The reputation of the island has suffered thereby. Which strengthened the hand of those whose interest it was to put spokes in our wheel.

***

Agriculture

I did not follow closely the different phases of the process by which in recent years, a plan for agricultural policy up to the year 2028 was drawn up. Now that the plan has been published, it still is not too easy to find it online… at least as of now that I write.

The plan is impressive in the way it presents the detailed information put together and the numerous proposals it advances.

Nevertheless, it might be that the overall approach is flawed prceisely because so many details and so many measures are provided.

One feels detached from the critical problems – not to say crisis –that farmers and livestock breeders face. At least that is the sense of the situation I get when discussing with some of them in Malta and Gozo.

Then, it is likely that the measures being proposed need to be placed in some kind of order by priority. I understand the intention has been to prepare a “holistic” strategy. However, experience in this area has taught us how the implementation of reform policies gets delayed.

Better less, if it is truly carried out – than much, if it remains on paper.

***

Stability

In the united Europe that is now taking shape between twenty seven members – where wide economic and social diversity is a fact of life – where the acute problem of a leading country that wants to leave the Union must be resolved – where electoral calculations and timetables of the different member states have to be taken into account whenever the time comes for strategic decisions – where an agreed solution still needs to be found to counter the tensions caused by immigration from outside the Union – where…

In this Europe, that stability should be guaranteed as much as possible has come to be considered a most important objective. The optimal situation is when the governments of member states can interact with each other from a position of strength back home. Only in this way can feasible policies for the European Union be launched and carried out.

Is this a realistic aim? For a limited number of years, perhaps yes. After all, no policy can be crafted in ways that make it last for ever. But then, what happens afterwards…?