glass
IndependentInewsmalta

Djar tal-ħġieġ

Għadni niskanta bl-imġiba ta’ xi esponent tal-Partit Nazzjonalista li fl-aħħar snin ikun ħambaq daqstant dwar id-dnubiet tal-amministrazzjoni Laburista tal-lum. Imma xorta jassoċja ruħu ma’ nies li jiġu murija xejn aħjar fl-imġiba tagħhom minn dak li hu jakkuża lil ħaddieħor bih, f’espressjoni ta’ skandlu liema bħalu. Niskanta mhux dwar l-imprudenza tal-biċċa, daqskemm dwar l-ipokresija involuta. Min

blog
IndependentInewsmalta

Riflessjoni… Għalliema… Rabin

Waqt kampanja elettorali bħal dik li ninsabu fiha, ftit jibqa’ ħin għal riflessjoni dwar is-sitwazzjoni ġenerali tal-pajjiż. Ftit ikun hemm skop jew aptit għal dil-ħaġa. Biss dejjem qed issir ħaġa aktar ċara li t-titjib ekonomiku sostanzjali u sostnut tal-aħħar snin, qed iġib miegħu bidliet fondamentali fis-soċjetà Maltija. Jew forsi mhux iċ-ċaqliq ekonomiku waħdu, imma wkoll

kostruzzjoni
IndependentInewsmalta

Bini u ħarsien

Jintqal x’jintqal dwar kemm id-ditti li jibnu f’pajjiżna saru jagħtu kas tar-regolamenti dwar kif itellgħu l-bini tagħhom, jibqa’ suspett. Ir-rata ta’ diżgrazzji fuq siti ta’ kostruzzjoni tibqa’ tielgħa mhux biss għax żdiedu s-siti imma għax żdiedu wkoll ħaddiema barranin attivi fuq dax-xogħol. U jista’ jkun li la huma l-ħajjiet ta’ barranin li qed jidħlu fir-riskju

social_media
IndependentInewsmalta

Midja soċjali

Matul dil-kampanja għall-elezzjoni fil-Parlament Ewropew u waqt dik tal-aħħar elezzjoni ġenerali kulħadd jgħidlek kif l-aqwa għodda biex wieħed iwassal il-messaġġ kemm bħala kandidat u kemm bħala partit hi dik tal-midja soċjali. Aktar u aktar meta l-kampanja tkun qed tinżamm fuq skala nazzjonali. Ir-riżultati sa issa wrew li min qed isostni dan qed jgħid tajjeb. Il-midja

untitled-1
IndependentInewsmalta

San Girgor… Armata Ewropea… Pete Buttigieg

Kien ili ma ninżel Marsaxlokk waranofsinhar għal San Girgor. It-temp dis-sena ma tantx inzerta imma l-folla li nġabret xorta kienet ferreħija u fil-burdata li tieħu gost bla ma toqgħod tfettaq. Ir-ristoranti għamlu negozju tajjeb u l-istess il-bejjiegħa tas-suq. Hawn, bil-maqlub tal-aħħar darba li żort l-inħawi, l-Maltin kienu f’maġġoranza kbira fuq it-turisti. Erġajt iltqajt ma’ ħafna

blog
IndependentInewsmalta

Regoli Ewropej… Strasburgu… Alan Garcia

Ħadd jew kważi f’Malta ma għandu idea ta’ xinhuma “covered bonds”. Aħna ma nużawhomx. F’pajjiżi bħall-Ġermanja, l-Italja u d-Danimarka servew għal sekli bħala mod kif jiġu finanzjati mingħajr riskju, proġetti mill-aktar siewja. Fl-aħħar tliet snin, sar sforz biex is-swieq li fihom jinbiegħu il-“covered bonds” jingħaqdu f’qafas Ewropew. Kelli x’naqsam ma’ dan il-proġett min-naħa tal-Parlament Ewropew.