turkey
ArticlesIndependentInewsmalta

Turkija u Stati Uniti

Statistika li ħarġet dwar it-turizmu li jsir mill-Unjoni Ewropea lejn pajjżii barra l-Unjoni turi li ż-żewġ destinazzjonijiet li jilqgħu l-aktar turisti Ewropej huma l-Istati Uniti u t-Turkija. Tal-aħħar qed taffaċċja sfidi ta’ konfront militari intern u estern, barra milli nħolqulha komplikazzjonijiet politiċi li għadhom għaddejja. Ħaġa naturali li fiċ-ċirkostanzi attwali, iseħħ kanċellament ta’ vaganzi lejha.

Volkswagen-scandal
ArticlesIndependentInewsmalta

Negozju u frodi

L-iskandlu bil-frodi li wettqu tal-Volkswagen fit-testijiet fuq il-karozzi ġodda tagħhom hu l-aħħar wieħed f’sensiela ta’ episodji tal-istess tip li seħħew fuq skala dinjija. Responsabbli kienu kumpaniji multinazzjonali li sar għandhom aktar saħħa mill-blokki kontinentali ta’ kummerċ u investiment. Fi żmien pjuttost qasir, kellna l-iskandli: tal-Enron; tal-banek kbar Amerikani u Ewropej li ppakkjaw u biegħu self

mater-dei
ArticlesIndependentInewsmalta

Qdusija u Korruzzjoni

Jagħmel tajjeb il-gvern jekk se jibqa’ jara kif iżomm responsabbli lil Skanska u oħrajn għax-xogħol tal-mistħija li wettqu fl-isptar Mater Dei. Mill-bidu sal-aħħar il-bini ta’ dak l-isptar kien imniġġes bit-tmexxija ħażina li bla dubju ssarrfet f’korruzzjoni. Is-sabiħa kienet li sa mill-bidu nett, il-muntatura għall-isptar kienet waħda ta’ qdusija. Il-fondazzjoni San Raffaele, immexxija mill-qassis Don Verze,

immigration
ArticlesIndependentInewsmalta

Immigrazzjoni: Minn fejn il-fondi?

Żball li qed isir fl-Ewropa bħalissa hu li mhumiex jingħataw biżżejjed spjegi tajba liċ-ċittadini ta’ kif qed tiżviluppa l-kriżi tal-immigrazzjoni. Stqarrijiet dwar kif l-Ewropa bil-valuri tagħha ma tistax ma turix ħniena u solidarjetà lejn min qed ifittex kenn mill-persekuzzjoni, mhumiex biżżejjed. Hemm ħafna nies li qed jibżgħu minn dak li jinsab għaddej – li se

university
IndependentInewsmalta

Kalkolu żbaljat

Xi ħadd qalli kif akkademiċi fl-Università ta’ Malta jaraw bħala theddida mhux xierqa l-proposta li titwaqqaf Università ġdida fil-Kottonera u fl-inħawi taż-Żonqor, Wied il-Għajn. Iqisu dil-ħaġa bħala imminar tal-integrità u tal-iżvilupp tal-Università ta’ Malta. Qed jagħmlu kalkolu żbaljat. Frankament, hemm ħafna argumenti x’jistgħu jitqajmu, favur u kontra, l-proposta għal Università oħra, kif qed issir. Imma

finance
IndependentInewsmalta

Is-servizzi finanzjarji dnub?

Deputati fil-Parlament Ewropew donnhom jemmnu li s-servizzi finanzjarji huma forma ta’ dnub. Dan għax iqisuhom attività maħsuba biex tgħin lill-kumpaniji multinazzjonali l-kbar jiżgiċċaw milli jħallsu t-taxxi fuq il-profitti. Hu minnu li dan ġara, għadu jiġri u hu kundannabbli. Biss f’kummerċ globalizzat, tifhimha li kumpaniji li jittrattaw ma’ numru kbir ta’ swieq u jmexxu negozji li