raul
ArticlesInewsmalta

Raoul Castro

Interessanti kif żviluppat iż-żjara tal-President Kuban Raoul Castro fl-Italja. Mhux l-anqas il-laqgħa tiegħu mal-Papa Franġisku. Ħareġ aktar fiċ-ċar kemm il-Papa kien ħa rwol ewlieni fit-tqarrib ta’ dan l-aħħar bejn Kuba u l-Istati Uniti. Jidher ukoll li s-simpatija bejn it-tnejn kienet qawwija għalkemm ma nifhimx għaliex dan jista’ jwassal lil Castro biex jerġa’ jsir Kattoliku prattikanti.

economy
ArticlesInewsmalta

L-Ekonomija Maltija

Tuża liema kejl tuża, il-konklużjoni tibqa’ waħda: l-ekonomija Maltija sejra tajjeb għal tajjeb ħafna. Numru ta’ oqsma għaddejjin b’ritmu sabiħ u l-aktar ħaġa importanti biex tiġġenera investiment ġdid – il-fiduċja – tinsab fostna. Wieħed jista’ forsi jgħid li t-tkabbir ekonomiku aħjar ikun aktar ibbilanċjat bejn is-setturi differenti imma din hi kritika li dejjem tista’ ssir

taxes
ArticlesInewsmalta

Taxxi

Fil-Kummissjoni Ewropea u fil-Parlament Ewropew qed jiżdiedu d-dibattiti u d-diskussjonijiet dwar is-sistemi tat-taxxi mħaddma mill-pajjiżi differenti. Kollox telaq ftit tax-xhur ilu meta ġew pubblikati d-deċiżjonijiet moħbija li kienu qed jittieħdu fil-Lussemburgu biex għadd kbir ta’ kumpaniji multinazzjonali jingħataw trattament favorevoli meta jiġu ntaxxati. Dan ippermettilhom jiffrankaw biljuni ta’ ewro f’taxxi. Għall-bidu kien hemm min qal

Parliament
Inewsmalta

Parlament Ġdid

Hu xieraq li fl-aħħar il-Parlament Malti se jkollu s-sede tiegħu. Hu dnub li din tpoġġiet fejn u kif tpoġġiet. Kont wieħed minn dawk li kkritikaw din id-deċiżjoni. Għadni konvint li kienet ħażina. Min-natura stess tiegħu, il-Parlament Malti ma jfawwarx b’ħidma kbira. Li tpoġġih fid-daħla tal-Belt joħloq dehra ta’ bini vojt li ftit jikkontribwixxi għall-vivaċità li

workers
Inewsmalta

Ħaddiema

Il-kelma “ħaddiema” m’għadhiex popolari. Qabel kienet tiżżeffen ‘il quddiem ma’ kull nifs politiku, jew kważi. Illum donnha mitqiesa bħalha antikwata għax tirreferi għal xi tip ta’ bniedem li għadda żmienu. Is-sabiħa hi li meta jitkellmu fl-Ewropa dwar riformi strutturali li jeħtieġ isiru jekk l-ekonomiji se jimmodernizzaw, jifhmu l-aktar bidliet fil-mod kif jinżammu u jitmexxew il-kondizzjonijiet

tarmac
ArticlesInewsmalta

Funerali

Ħabib tiegħi barrani darba qalli: Intom il-Maltin tinqalgħu ħafna biex torganizzaw festi u funerali kbar. Imma mhux daqstant biex tiżguraw li tal-aħħar ma jkunx hemm għalfejn isiru, u tal-ewwel jinżammu fil-qies. Matul is-snin li gerbu minn meta qal hekk, kont f’ħafna okkażjonijiet fejn ħassejt għaliex forsi kellu raġun. Saqsejt lili nnifsi jekk l-argument tiegħu japplikax