tunisia
IndependentInewsmalta

Kriżi fl-Afrika ta’ Fuq

Lil-Libja kissruha l-Ewropej billi tajru lil Gaddafi mingħajr ma kienu jafu jew forsi jimpurtahom x’se jiġri warajh. L-Eġittu għadda minn mumenti ta’ tama, għal tmexxija mqanfda f’dommatiżmu riġidu, sakemm iżżerżaq lura lejn militariżmu sterili. L-Alġerija għadha ċassa taħt il-feriti li baqgħu ma fiqux sew ta’ gwerra ċivili mdemmija. Minkejja l-problemi kbar li għadha qed taffaċċja,

freedom
IndependentInewsmalta

Ideoloġija

Ilu żmien jintqal kif l-ideoloġija mietet mal-waqgħa tal-ħajt ta’ Berlin u bil-firxa tal-globalizzazzjoni. Qatt ma emmint din il-ħrafa għalkemm nibqa’ impressjonat b’kemm nies jemmnuha. Ħsibt f’hekk din il-ġimgħa waqt seduta f’kumitat tal-Parlament Ewropew fejn intqal kif ħaddiema u impjegati sfaw bla protezzjoni fid-dinja tax-xogħol. It-trade unions tilfu mis-saħħa tagħhom. Il-liġijiet li kienu jħarsu lill-impjegati ddgħajfu

eurostat
ArticlesIndependentInewsmalta

Spiża tax-xogħol

Meta tisma’ l-aħbar, għandha togħġbok. Skont l-Eurostat, l-uffiċċju Ewropew tal-istatistika, id-dħul tal-ħaddiema f’Malta u Għawdex żdied aktar fl-aħħar żmien, mill-medja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Jiġifieri l-ħaddiema tagħna tejbu l-qagħda tagħhom f’paragun ma’ ħaddiema oħra. Il-problema hi din: il-pajjiżi membri taż-żona ewro jsostnu l-kummerċ ħieles bejniethom. Għandhom l-istess munita u ma jistgħux ibiddlulha r-rata tagħha biex isiru

interest-rates-
ArticlesIndependentInewsmalta

Imgħaxijiet

Ninsabu fi żmien fejn l-imgħaxijiet fuq fondi mislufa qatt ma kienu aktar baxxi milli jinsabu llum. Veru li dan l-aħħar ċerti imgħaxijiet bdew jippuntaw b’nofs ħajra biex jogħlew. Imma fejn qatt ġara li ċertu self isir b’imgħax negattiv – jiġifieri trid tħallas lil min qed issellef, talli qed issellfu? — qisek qed tikri garaxx fejn

single
ArticlesIndependentInewsmalta

Ċaqliq Ta’ Servizzi

Fin-negozjati li saru fl-imgħoddi dwar it-tneħħija ta’ tariffi fuq prodotti fl-Ewropa, bdiewa u ħaddiema industrijali riedu jżommu l-protezzjoni. Kienu jakkużawhom li riedu biss iħarsu l-“privileġġi” tagħhom b’dannu għall-konsumaturi li kellhom igawdu enormement mill-benefiċċji tas-suq wieħed Ewropew. Is-suq wieħed ġab miegħu benefiċċji u danni. Bosta ħaddiema tilfu l-impjieg tagħhom u qatt ma ġabuh lura. Imma llum

economic-data
ArticlesIndependentInewsmalta

Attenti

L-aħħar firxa ta’ statistika dwar l-andament ekonomiku fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena reġgħet ikkonfermat l-ottimiżmu li qed jinbena. Ir-rati ta’ tkabbir f’numru ta’ setturi baqgħu inkoraġġanti ħafna, ħaġa li qed tħaffef il-piżijiet tat-tmexxija finanzjarja tal-gvern. Madankollu rridu dejjem inżommu saqajna mal-art. Hemm żgur żewġ aspetti ta’ dawn ir-riżultati li jridu jingħataw attenzjoni. B’kejl reali,