tax
ArticlesInewsmalta

Interess Nazzjonali

Xi kultant fil-ħajja jkollok tagħmel ċerti għazliet li jinħassu strambi. Anki meta tifhem għaliex trid tagħmilhom u tkun zgur li qed tagħmel tajjeb, xorta jqanqlulek sens ta’ skumdità. Kwistjoni ta’ din ix-xeħta għalija tikkonċerna d-dħul ta’ taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji. Minn dawn, kuljum isiru biljuni, hekk kif persuni u kumpaniji u entijiet oħra jixtru u

Libya
ArticlesInewsmalta

Nibqa’ Nghid

Nibqa’ ngħidha. Il-qagħda fil-Libja hi delikata ħafna u anqas ma jsir kliem dwar x’għandu jsir u ma jsirx, aħjar. Il-prudenza għandha titqies bħala l-aqwa regola fiċ-ċirkostanzi. Il-ħbiberija bejn Malta u l-Libja hi magħrufa sew. Irridu nuru li lesti nsostnuha billi nagħmlu kull ma’ jista’ jgħin lill-poplu Libjan jirregola bl-aħjar mod il-problemi enormi li qed jaffaċċja.

corruption
ArticlesInewsmalta

Korruzzjoni

Ma kontx waħdi li qiestha sabiħa l-mobilizzazzjoni li seħħet il-ġimgħa li għaddiet ta’ organizzazzjonijiet involuti fl-isport. Ftehmu fuq patt kontra l-korruzzjoni fil-qasam tal-futboll. Rajtha wkoll bħala okkazjoni ironika. Il-futboll għandu importanza. Ħadd ma jiċħadhielu. Imma l-korruzzjoni għandha għeruq eħxen u usa’ minn hekk. Aktar ma jgħaddu s-snin minn fuqi, aktar nifhem kemm hi iebsa l-ġlieda

results
ArticlesInewsmalta

Tad-Deheb

Ir-rizultati ekonomiċi tajba li qed jinkisbu f’Malta jipprovdu opportunità tad-deheb biex jitwettqu ċerti riformi fondamentali f’oqsma ewlenin tal-komunità Maltija. Waqt li jkunu qed isiru, minħabba li l-ekonomija mhix taqa’ lura, anzi bil-maqlub, il-bidliet joħolqu ansjetà ħafna iċken minn fi zminijiet diffiċli. Xorta waħda ma tantx jaqbel li ħidma bħal din titmexxa fuq front wiesa’ zzejjed.

growth
ArticlesInewsmalta

Titjib Sostnut

Anki l-Kummissjoni Ewropea qed taqbel li l-ekonomija Maltija daħlet f’fażi ta’ tkabbir. Mingħajr ma nħallu dan il-fatt jgħammixna, tajjeb li nifhmu kif il-politika ekonomika li qed imexxi l-gvern hi raġuni ewlenija għat-titjib sostnut li jinsab magħna. Hu ta’ inkoraġġiment kbir li n-numru ta’ impjiegi baqa’ jiżdied u li l-indikaturi dwar il-futur juru li t-tkabbir ekonomiku

bureaucracy-min
ArticlesInewsmalta

Burokrazija

Il-gvern qed jagħmel tajjeb li jara kif iqatta’ mill-burokrazija. Hi biċċa xogħol iebsa li niddubita kemm tista’ tirnexxi fi żmien qasir. Min-naħa l-oħra, lanqas irridu nagħtu t-tort għal kull ma jiżgarra fit-tmexxija tal-amministrazzjoni publika lil dawk li jaħdmu fl-uffiċċji tagħha, meta hemm fatturi oħra li joħolqu rebus. Bħall-fatt li ta’ spiss wisq, id-direttivi amministrattivi jinbidlu