239000
It-Torca

It-Taxxi fl-Ewropa (1)

Fl-aħħar sentejn u aktar, il-ħlas jew le tat-taxxi dovuti minn ċittadini u kumpaniji fl-Ewropa sar suġġett jaħraq. Qamu l-iskandli li nafu bihom dwar kif qed jiġu evitati l-ħlasijiet ta’ biljuni ta’ ewro f’taxxi fuq profitti ta’ kumpaniji u dħul ta’ individwi. Ġew pubblikati miljuni ta’ dokumenti u messaġġi elettroniċi li urew kif qed jitwettqu dawn

german-elections
It-Torca

Il-Populiżmu fl-Ewropa

Ir-riżultat elettorali fil-Ġermanja għall-Bundestag il-ġdid qanqal sensazzjoni. Kif mistenni, Angela Merkel u l-partiti “tagħha” (miċ-ċentru-lemin, is-CDU, u s-CSU tal-Bavarja) rebħu maġġoranza relattiva. Se jerġgħu jidderieġu gvern ta’ koalizzjoni. Imma kisbu 10 punti ta’ persentaġġ anqas tal-voti minn erba’ snin ilu. Immexxija minn Martin Schulz, l-eks-President tal-Parlament Ewropew, is-soċjal-demokratiċi (ċentru xellug) spiċċaw bi ftit aktar minn

juncker
It-Torca

Wara d-diskors ta’ Juncker

Kif mistenni, qanqal interess u diskussjoni… imma mhux wisq… id-diskors ġimgħa u nofs ilu tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker quddiem il-Parlament Ewropew dwar il-qagħda tal-Unjoni Ewropea. Id-drawwa li jsir dan id-diskors bdiha l-President tal-Kummissjni Ewropea ta’ qablu, Manuel Barroso, fuq il-mudell tad-diskors li jagħmel kull sena l-President Amerikan quddiem il-Kungress ta’ pajjiżu. Mhux kulħadd

It-Torca

Ħidmiet Ewropej

Fid-diskussjonijiet dwar l-Unjoni Ewropea, is-suġġetti li l-aktar iqumu jikkonċernaw il-politika “għolja” (kif hawn min isejħilha): dik jiġifieri li tittratta d-deċiżjonijiet li se jieħdu l-elettorati dwar min se jmexxihom; it-tensjonijiet bejn il-partiti; l-għażliet il-kbar li se jagħmlu l-istituzzjonijiet tal-Unjoni; l-iżviluppi li jħarbtu l-għaqda bejn il-pajjiżi Ewropej: bħall-kriżijiet tal-Greċja, il-kontroversji mar-Russja jew l-immigrazzjoni. Anke hawn, f’dis-sensiela “Dwar

300px-progressive_alliance_of_socialists_and_democrats_meps_map
It-Torca

PROSPETTI

Bħal-lum ġimgħa ktibt f’dil-paġna dwar il-prospetti tas-soċjalisti demokratiċi fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew ta’ Mejju 2019, sena u tmien xhur oħra. Ħsibt li kont ċar biżżejjed. Imma rċevejt e mail minn ħabib tiegħi li staqsa: Imma eżattament x’qed tgħid? — li s-soċjalisti se jaqilgħu tkaxkira? U kif jista’ jiġri hekk, jekk illum jinsabu t-tieni l-akbar partit fil-Parlament

brexit
It-Torca

Dilemmi

L-Unjoni Ewropea tinsab għaddejja minn żmien fejn l-affarijiet jidhru bogħod mit-tqanqil li kien qed ibaqbaq anki sa sena ilu. Mhux għax kollox ward u żahar, imma s-sentiment hu li fejn ħafna affarijiet setgħu marru żmerċ, filfatt ma marrux. Qabel xejn, hemm l-andament ekonomiku li għalkemm seta’ kien aħjar, mhux daqshekk ħażin. Anzi issa, analisti qed