Wiehed mill-principji li fuqhom inbniet l-Unjoni Ewropea hi l-kompetizzjoni. Kemm jista’ jkun il-pajjizi membri mistennija li jhallu t-tmexxija tal-ekonomija f’idejn in-negozji privati. Il-gvernijiet mistennija wkoll jassiguraw li dawn in-negozji privati jikkompetu bejniethom b’mod ‘hieles’. B’hekk jiddobbaw il-materja prima li jehtiegu bl-ahjar prezz ghall-kwalità li qed ifittxu, u mbaghad ibighu l-produzzjoni taghhom ukoll bl-ahjar (l-irhas) prezz ghax, jekk le, ix-xerrej se jmur jinqeda ghand xi hadd iehor.

B’rihet il-kompetizzjoni, il-konsumatur ikollu ghazla tajba li twassal biex isib jixtri dak li jrid skont kif jixtiequ u bl-aktar prezz vantagguz. Fl-istess waqt, ir-rizorsi jingiebu ghall-produzzjoni u jintuzaw bl-aktar mod efficjenti, bla hela u skont l-aqwa sengha. Dik tal-anqas hi t-teorija.

Regolamenti Ewropej

L-Unjoni Ewropea zviluppat firxa shiha ta’ regolamenti u direttivi li fl-oqsma differenti tal-ekonomija jippruvaw isostnu kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux biss f’ekonomija nazzjonali wahda imma fl-Unjoni kollha. Kull negozju privat f’kull pajjiz tal-Unjoni jista’ jidhol fis-suq ta’ pajjizi membri ohra u jikkompeti ghall-bejgh f’dak is-suq taht l-istess kundizzjonijiet ta’ negozji ohra, inkluz fil-pajjiz fejn jixtieq jidhol.

Anke l-gvernijiet mistennija jaghmlu x-xiri ta’ materjal u servizzi li jkollhom bzonn b’mod kompetittiv li ma jagevolax negozju fuq iehor. Eccezzjoni kbira ghal din ir-regola hi x-xiri tal-Gvern fil-qasam tad-difiza u tas-sigurtà.

Il-Kummissjoni Ewropea baqghet tizgura li l-kompetizzjoni ssir skont dawn il-principji. Kif jigri fl-Istati Uniti, meta kumpaniji kbar fis-suq Ewropew jippruvaw juzaw is-sahha taghhom biex jizvantaggjaw liz-zghir, il-Kummissjoni tista’ twaqqafhom. Meta kumpaniji kbar jinghaqdu flimkien u jkollhom sahha fis-suq li titqies mhux accettabbli, il-Kummissjoni tista’ twaqqaf l-ghaqda bejniethom jew tissottomettiha ghal certi kundizzjonijiet.

Ghajnuniet tal-istat

Qasam iehor marbut ma’ din il-kwistjoni jissejjah state aid. Ir-regoli Ewropej jindahlu wkoll fejn l-istat ikun qed jaghti sussidju jew ghajnuna ohra lil xi kumpanija privata jew pubblika li qed tikkompeti ma’ kumpaniji ohra. Dan ghax, bl-appoggi moghtija, il-kumpanija tkun qed tikkompeti mal-ohrajn b’mezzi li huma m’ghandhomx u ghalhekk teghlibhom b’mod ingust.

Mas-snin gew maqbula kazi specjali – barra mill-oqsma tad-difiza – fejn l-istat jithalla jaghti ghajnuniet. Perezempju, f’kazi fejn kumpanija tkun qed tipprovdi servizzi mehtiega lil komunitajiet imbieghda u minhabba d-distanza m’hemmx kompetizzjoni vera – jew fejn minghajr il-hidma ta’ din il-kumpanija, ghadd kbir ta’ cittadini ma jkomplux jghixu hajja tajba.

Ahna l-Maltin nafu b’kaz bhal dan fir-rigward tal-Gozo Channel. Is-servizz li jinghata qed jircievi sussidju mkejjel minn qabel u approvat mill-Kummissjoni Ewropea li jippermetti lill-Gozo Channel ticcargja tariffi ‘ragonevoli’ u, ghalkemm titlef il-flus, tibqa’ topera ghax il-Gvern jilqa’ ghat-telf u mhux ihalliha teghreq. Jekk il-kejl issettjat mill-Kummissjoni Ewropea bi ftehim mal-Gvern Malti biex jilqa’ ghat-telf hux adattat ghall-kundizzjonijiet li fihom tahdem il-Gozo Channel hi kwistjoni ohra.

L-akbar kwistjoni dwar l-ghajnuniet tal-istat (u li l-aktar jafu dwarha l-Maltin u l-Ghawdxin) hi tal-Air Malta. Taht il-Gvern Nazzjonalista l-Air Malta, ghal darbtejn, iffaccjat krizi finanzjarja kbira. Kien jehtigilha ghajnuna sostanzjali mill-Gvern biex tibqa’ ttir. Taht ir-regoli dwar kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea, suppost li thalliet tfalli. Biex jghinha l-Gvern Malti htieglu jgib il-kunsens tal-Kummissjoni li tat il-qbil taghha skont kundizzjonijiet iebsa (li gew applikati ghal kumpaniji ohra tal-ajru, mhux l-Air Malta biss).

L-Air Malta u s-servizzi finanzjarji

Wahda mill-kundizzjonijiet hi li l-isforz ta’ salvatagg jista’ jsir ghal darba, darbtejn, imma mhux aktar. L-ghajnuniet moghtija mill-Gvern kellhom jiffurmaw parti minn pjan ta’ ristrutturar mahsub biex irendi l-kumpanija kompetittiva. Dawn il-mizuri gew ifissru tnaqqis ta’ haddiema, tnaqqis ta’ kundizzjonijiet ta’ xoghol, tnehhija ta’ servizzi bl-ajru, tnaqqis fl-ispejjez tat-tmexxija u bidliet ohra li affettwaw bil-kbir il-karattru tal-Air Malta. Ghadna qed nistennew kemm il-programm tal-hekk imsejha ‘riformi’ f’dan il-qasam se jkun irnexxa.

Ghax kritika li tista’ ssir lejn il-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompetizzjoni hi li tittratta lil kulhadd bl-istess mod – one size fits all. Kumpanija zghira f’pajjiz zghir tinghata ta’ spiss l-istess trattament bhal kumpanija kbira f’pajjiz kbir. Meta snin ilu kont insemmi li din se tkun problema ghal Malta, kienu jiddiehku. Illum il-personnel tal-Air Malta, il-bdiewa, is-sajjieda u oqsma ohra tas-socjetà taghna gharfu li min iddiehek dak iz-zmien kien qed jiddiehek bihom.

Is-settur tas-Servizzi Finanzjarji jista’ jigi affettwat ukoll mill-politika tal-kompetizzjoni Ewropea. Ghaddej sforz politiku kbir fi hdan l-Unjoni Ewropea biex tigi mrazzna l-evazjoni tat-taxxa minn kumpaniji kbar u zghar. Dan jaghmluh billi jmexxu l-ufficcji taghhom lejn il-pajjizi li joffrulhom rati ta’ taxxi baxxi hafna. Wara li din il-haga qajmet rebus, il-Kummissjoni Ewropea qed issahhah il-hidma taghha fil-qasam tat-tassazzjoni billi tinsisti li meta pajjiz jew iehor inaqqas ir-rati ta’ taxxi tieghu, jista’ jitqies li qed jaghti ghajnuna tal-istat mhux accettabbli skont ir-regoli Ewropej ghax timmina l-kompetizzjoni.

Fix-xhur li gejjin, jaqbel li nzommu attenzjoni shiha fuq xi jkun qed jizviluppa f’dan is-settur.