parlament_gdid
ArticlesInewsmalta

Dahla Ghall-Belt

Dwar id-daħla tal-Belt, lest bil-qalb nidher dinosawru. Ma togħġobni xejn. Anqas u anqas nimpressjona ruħi meta nisma’ l-mod assurd kif jipproġettawha l-periti tal-uffiċċju ta’ Piano u forsi l-maestro nnifsu, responsabbli biex jiddisinnjawha. Għalija rnexxielhom ikissru l-karattru ta’ belt kapitali li kienet tissintetizza fil-firxa tagħha l-binjiet arkitetturali ta’ zmienha fl-Ewropa. Dazgur li bil-kuntratti li ħadu għal

Il-Grecja u l-bqija
ArticlesIt-Torca

GREĊJA KONTRA L-BQIJA?

Beda malajr il-manuvrar dwar it-talba li se jkun qed jagħmel il-gvern ġdid Grieg tas-Siriza biex lill-Greċja tinħafrilha parti sostanzjali mis-self li ngħatalha fl-aħħar snin. Il-ħeffa li biha l-Prim Ministru Tsirpas ifforma l-gvern tiegħu ħasad lil ħafna. Sorpriza akbar kienet l-għazla ta’ ANEL partit zgħir lemini ħafna bħala sieħeb tiegħu fil-gvern. Suppost li bejn ir-radikalizmu xellugi

jesuis
ArticlesIt-Torca

IX-XOKK

Fil-jiem ta’ wara d-dimostrazzjoni storika f’Pariġi bħal-lum ġimgħa kontra l-attakki terroristiċi fuq il-magazin satiriku Charlie Hebdo, is-sens ta’ xokk baqa’ jinħass fi Franza u madwar. Tista’ tgħid li ma kienx hemm laqgħa waħda jew diskors fil-Parlament Ewropew miġbur fi Strasburgu dil-ġimgħa li direttament jew indirettament ma għamilx referenza għall-qtil tal-ġurnalisti u l-karikaturisti, taċ-ċittadini Lhud u

ArticlesIt-Torca

L-EWRO: LURA MINN FEJN BDEJNA?

Se nerġgħu mmorru lura minn fejn bdejna? Dik kienet il-mistoqsija li qamet malli xterdet l-aħbar li l-Prim Ministru Grieg Samaras ma kienx irnexxielu fit-tielet vot li ħa l-Parlament Grieg, jeleġġi lill-persuna li kien innomina għall-Presidenza tal-Greċja, Stavros Dimas. Wara li saru l-ewwel u t-tieni votazzjonijiet, fejn Dimas li kien l-unika persuna nominata baqa’ l-art, deher

mal-kbar
ArticlesIt-Torca

MAL-KBAR MOD…

Bhala parti mill-arrangamenti kif tissahhah iz-Zona ewro, kien sar ftehim biex il-bagits tal-gvernijiet jigu mgharbla mill-Kummissjoni Ewropea u din tizgura li jkunu konformi mar-regoli li bihom id-deficits tal-gvern iridu jinzammu taht certu limitu u d-dejn nazzjonali jitrazzan. Gvernijiet li ma jlahhqux mar-regoli jkollhom jissottomettu ruhhom ghal pjan tat-tul sakemm jilhqu l-miri. Jekk ma jaghmlux dan,

ArticlesIt-Torca

IL-KONSAGRAZZJONI TA’ JUNCKER

B’ċertu mod, ħassejtni qisni qed nattendi pontifikal bil-liturġija mħaffa. Il-kardinali, il-monsinjuri u l-kjeriċi tal-Parlament Ewropew kienu kollha miġbura u bħal ma jiġri f’quddiesa, it-tmiem taċ-ċerimonja kien magħruf diġà. Saru d-diskorsi tal-okkazjoni mill-Papa l-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea u mill-kardinali. U forsi l-akbar differenza minn pontifikal papali kienet li l-kjeriċi ngħataw iċ-ċans wara li jgħidu tagħhom, b’xi minuta