Malta u L-Ewro
F’tarf il-ġimgħa li għaddiet kont għaddej bla nifs biex nispiċċa x-xogħol fuq ktieb li ili naħdem fuqu: jiġi l-kontinwazzjoni ta’ ieħor li ħriġt fil-bidu tas-sena 2012. Mhux se jinbiegħ bil-kbir għax hu ktieb li bħal ta’ qablu, jitkellem fit-tul fuq kwistjoni li ħafna nies isostnu li ma jifhmu xejn fiha – il-kriżi, jew aħjar il-problemi,