transports
ArticlesInewsmalta

Trasport

Din il-ġimgħa fi Strażburgu ħadt l-opportunità biex insemmi d-diffikultajiet li jaffaċċjaw gżejjer żgħar meta jiġu biex jorganizzaw u jsostnu s-sistemi tat-trasport għall-komunitajiet tagħhom. Minħabba ċ-ċokon tagħhom, minħabba l-istess insularità tagħhom, se jkollhom spejjeż relattivament ogħla minn ta’ impriżi simili li joperaw f’territorji akbar u b’qagħda aktar ċenttrali. Li tippretendi mbagħad li ażjendi bħal dawn li

woman
ArticlesInewsmalta

Xettiku

Kienet aħbar tajba dik li d-differenza bejn il-pagi jew id-dħul tan-nisa fl-impjieg f’Malta u dawk tal-irġiel hi fost l-iċken fl-Ewropa. Dan hu riżultat li sa minn dejjem kellna nimmiraw għalih. Biss biex inkun għal kollox sinċier, ninsab ftit xettiku dwar kemm l-aħbar hi tassew minnha. Minn rendikonti li smajt dwar kif jitqassam ix-xogħol f’pajjiżna, il-konklużjoni

greece
ArticlesIt-Torca

Lura Lejn Il-Bidu? (2)

Il-gvern ġdid Grieg qajjem sfida meta ddikjara li ma jridx jonora aktar il-ftehimiet ta’ salvataġġ finanzjarju bejn pajjizu u l-bqija taż-żona ewro. Ġimagħtejn ilu, iddiskutejna jekk il-krizi mqanqla b’hekk, kinitx ħaditna lura lejn il-bidu tad-dizgwid li l-istess zona ġarrbet fl-aħħar snin. Rajna kif matul daż-żmien, il-membri tagħha bnew strutturi ta’ lqugħ biex jiżguraw li ma

Internet-Economy
ArticlesInewsmalta

L-Ekonomija Digitali

Nitkellmu ħafna dwarha imma ma naħsibx li nafu tajjeb kemm fil-verità hi importanti fostna. Jidher li l-ekonomija diġitali nfirxet sew fostna fl-aħħar għoxrin sena, kemm fost id-ditti u l-gvern, kemm fost iċ-ċittadini. It-teknoloġija diġitali fil-ħafna aspetti tagħha saret sostenn ta’ oqsma ekonomiċi differenti. U għalhekk hemm bzonn li nkunu nafu tajjeb sa fejn twassal u

ArticlesInewsmalta

Il-Parir Tal-FMI

Mir-rapporti li joħorġu regolarment dwar l-ekonomija Maltija, inklużi dawk mill-Unjoni Ewropea, l-aktar li nsib interessanti hu tal-Fond Monetarju Internazzjonali. Ovvjament għandu l-perspettiva tal-Fond, li taf tkun neo-liberali għall-aħħar. Biss, l-iskop u l-mezzi li bihom il-Fond jagħmel ir-riċerka tiegħu u kif jiġbor l-informazzjoni ħalli wara janalizzaha huma impressjonanti u serji. Ma rridx ngħid b’hekk li r-rapporti

xifer
ArticlesIt-Torca

Ftehim Mal-Grecja?

Resqu lejn ix-xifer tal-irdum imma fl-ahhar waqt ingibdu lura. Il-grupp tal-ewro, maghmul mill-ministri tal-finanzi li jmexxu z-zona tal-ewro, taw dak li jista’ jissejjah ultimatum lill-gvern Grieg tas-Siriza. Biex il-Grecja tircievi l-fondi li se jippermettulha zzomm fil-wicc ghal ftit gimghat ohra sakemm tinnegozja mghhom ftehim iehor ta’ ghajnuna, differenti minn dak li thaddem sa issa, kellha