governanza
IndependentInewsmalta

Governanza

Hu inkwetanti l-fatt li d-diskussjoni dwar il-governanza f’pajjiżna spiċċat iddominata minn interventi barranin ta’ nies b’aġendi opaki u dubbjużi. Għax kien hemm u għad hemm bżonn ta’ diskussjoni nazzjonali dwar kif nistgħu ntejbu l-prattiċi tat-tmexxija publika fil-pajjiż. Forsi se jintqal li dil-biċċa tkun tista’ ssir waqt il-konsultazzjoni li qed titħejja għal bidliet fil-kostituzzjoni. Jista’ jiġri

social_europe
IndependentInewsmalta

Ewropa soċjali

Kien hemm żmien mhux daqstant ilu, meta l-Unjoni Ewropea kienet mitqiesa bħala organizzazzjoni li tinsab fuq quddiem nett fid-difiża tal-valuri soċjali tas-solidarjetà. Kienu jqisuha hekk unjins u għaqdiet tas-soċjetà ċivili li kienu jsibu l-appoġġ tagħha fl-oqsma tas-servizzi soċjali, tal-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema, tal-ambjent, tas-saħħa tal-familji u oħrajn. Mhux biss kienet tipproklama l-valuri imma wkoll tipproponi azzjoni

job_market
IndependentInewsmalta

Swieq tax-xogħol

Hemm indikazzjonijiet li m’għandniex suq tax-xogħol wieħed fil-pajjiż, b’livelli tal-pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol li jkollhom impatt “interattiv” fuq xulxin. Minflok, is-suq tax-xogħol inqasam f’setturi mifrudin sew u x’jiġri f’wieħed ftit jaffettwa lill-ieħor. B’mod ġenerali, għax ir-rata tal-qgħad hi daqshekk baxxa, it-tensjoni fis-setturi kollha qed tkun waħda ta’ diffikoltà fis-sejba ta’ personnel. Jekk fhimt tajjeb, l-aktar

brexit-12
It-Torca

Ewropa: Ottimiżmu? Pessimiżmu?

F’ġimgħa fejn il-ġrajja tal-Brexit daħlet f’fażi straordinarja, bilfors tqum diskussjoni dwar il-futur tal-Ewropa. Mhux dik id-diskussjoni li tellaq Jean Claude Juncker xi sena u nofs ilu u li għadha għaddejja. Il-Kummissjoni Ewropea tiegħu kienet ħarġet numru ta’ dokumenti fejn tellgħet proposti dwar kif l-iżvilupp tal-Ewropa jista’ jiżvolġi. Il-Parlament Ewropew mexxa seduti plenarji fejn kapijiet ta’

blog
IndependentInewsmalta

Brexit… Majjal… Ir-Rabat

Il-premessa li l-Ingliżi ma jafux xi jridu u li l-Ewropej żammew sammi flimkien fin-negozjati għall-Brexit kienet il-pedament ta’ kif ġew ippreżentati fil-midja l-iżviluppi dwar il-ħruġ tal-Gran Brittanja mill-Unjoni Ewropea. Il-problema x’aktarx tista’ tkun li waqt l-inċertezzi għaqdu madwar ir-Renju Unit sa minn meta ttieħed il-vot tar-referendum, l-inċertezzi għadhom qed jibdew għall-Unjoni Ewropea. Forsi mhix daqstant

worried_man
IndependentInewsmalta

Aktar dwar rimedji

Fl-istess ġimgħa li ktibt hawn dwar in-nuqqas ta’ rimedji għal min jinħaqar b’xi inġustizzja jew inizjattiva publika li ġġib magħha ċerti danni, kitbitli persuna dwar problema tagħha. Il-gvern in parti b’fondi Ewropej, tellaq proġett biex itejjeb il-passaġġi f’medda għelieqi. Waqt li l-proġett twettaq, il-gandotti li minnu kien jiskola l-ilma tax-xita ngħalqu. Malli ġiet ix-xita, art