greece
ArticlesIndependentInewsmalta

Wara r-referendum

Irridu nanalizzaw ir-riżultati tar-referendum ta’ Tsipras b’mod li jpoġġi ċar x’kienu u x’inhuma l-għażliet quddiem il-poplu Grieg – u l-popli tal-Unjoni Ewropea. Dan jista’ jsir l-aħjar billi nirriflettu dwar numru ta’ mistoqsijiet li jiċċaraw kif iż-żona tal-ewro waslet sa fejn waslet illum. L-ewwel nett: Ir-referendum kien tassew dwar jekk il-Greċja għandhiex tibqa’ fiż-żona ewro u

vortex
ArticlesIt-Torca

Il-Vortex Grieg

Ġimgħa ilu t-titolu ta’ dan l-artiklu kien mistoqsija: Il-krizi Griega maħlula? Mhux talli ma nħallitx, talli l-kwistjoni tħawdet b’mod kritiku meta l-Prim Ministru Grieg Tsipras iddeċieda li jsejjaħ referendum dwar l-offerta li kellu sa tmiem l-aħħar ġimgħa sħiħa ta’ Ġunju mill-ewrogrupp u l-Fond Monetarju Internazzjonali. Ipproponew xi bidliet fil-programm ta’ awsterità li riduh idaħħal qabel

euro
IndependentInewsmalta

Stati Żgħar Fl-Ewro

Hu argument li jrid isir, jiġi ripetut u mirbuħ. Bħala spazju mrikkeb fuq suq wieħed kontinentali, fejn tintuża l-istess munita, hu naturali li fiż-żona tal-ewro jitqanqlu ideat favur li t-tmexxija taż-żona — ekonomika, finanzjarja u amministrattiva — tissaħħaħ. Fil-prattika, dan iġib l-istess tmexxija qisha kienet ta’ stat wieħed. Naturali wkoll li meta jitressqu dawn l-ideat

tunisia
IndependentInewsmalta

Kriżi fl-Afrika ta’ Fuq

Lil-Libja kissruha l-Ewropej billi tajru lil Gaddafi mingħajr ma kienu jafu jew forsi jimpurtahom x’se jiġri warajh. L-Eġittu għadda minn mumenti ta’ tama, għal tmexxija mqanfda f’dommatiżmu riġidu, sakemm iżżerżaq lura lejn militariżmu sterili. L-Alġerija għadha ċassa taħt il-feriti li baqgħu ma fiqux sew ta’ gwerra ċivili mdemmija. Minkejja l-problemi kbar li għadha qed taffaċċja,

greece_eu
ArticlesIt-Torca

Tal-Greċja Maħlula?

Is-summit tat-Tnejn li għaddew, ġie prezentat bħala l-aħħar ċans biex tinstab soluzzjoni għall-krizi Griega. Min-naħa Ewropea, kien hemm stennija għal proposti ġodda min-naħa tal-gvern tas-Siriza. Bħas-soltu dawn waslu aktar tard milli kien imwiegħed. Kienu jinvolvu zieda fit-taxxa tal-VAT u taxxi ġodda li ntqal, mistennija jolqtu biss lill-għonja. Hawn in-naħa tal-ewro, inkluz il-Bank Ċentrali Ewropew, kif

freedom
IndependentInewsmalta

Ideoloġija

Ilu żmien jintqal kif l-ideoloġija mietet mal-waqgħa tal-ħajt ta’ Berlin u bil-firxa tal-globalizzazzjoni. Qatt ma emmint din il-ħrafa għalkemm nibqa’ impressjonat b’kemm nies jemmnuha. Ħsibt f’hekk din il-ġimgħa waqt seduta f’kumitat tal-Parlament Ewropew fejn intqal kif ħaddiema u impjegati sfaw bla protezzjoni fid-dinja tax-xogħol. It-trade unions tilfu mis-saħħa tagħhom. Il-liġijiet li kienu jħarsu lill-impjegati ddgħajfu