george vella
ArticlesIndependentInewsmalta

George Vella

L-aħbar li George Vella, ħabib kbir, ġarrab problemi ta’ saħħa waqt żjara uffiċjali f’Bejġing ħasditni. Ħadt ir-ruħ insir naf li l-kondizzjoni tiegħu kienet taħt kontroll u li l-kura li ngħatatlu rnexxiet L-ewwel li ħdimt mill-qrib ma’ George kien fl-1992. Dejjem ammirajt id-dehen, l-enerġija, l-intelliġenza u l-onestà tiegħu – mhux l-anqas kif meta jkollu xi ħaġa

court
ArticlesIndependentInewsmalta

Istituzzjonijiet

Pajjiż jipprogressa u jimmodernizza jekk id-demokrazija parlamentari tiegħu tkun tistrieħ fuq istituzzjonijiiet ekonomiċi u soċjali li jaħdmu tajjeb u li jaddattaw ruħhom għall-bidliet meħtieġa. Dan hu punt li ta’ spiss ma nagħtuhx importanza biżżejjed. B’hekk rajna deċiżjonijiet kbar jittieħdu bla ma jkunu involuti l-istituzzjonijiet li suppost jinkwadraw ir-realtà soċjali tagħna. Rajna strutturi ta’ tmexxija li

parl
ArticlesIt-Torca

Issa Li Ftehmu…

Fl-aħħar ġimagħtejn, il-gvern Grieg ta’ Alexis Tsipras ħabrek biex iwettaq il-ftehim milħuq mal-pajjiżi membri taż-żona ewro dwar it-tielet pjan ta’ salvataġġ finanzjarju għall-Greċja. Tsipras kellu jaċċetta kondizzjonijiet iebsa ħafna li sal-aħħar baqa’ ma riedx jaqbel magħhom u kellu jgħaddihom mill-Parlament nazzjonali tiegħu. Inżammu żewġ seduti, waħda minnhom dil-ġimgħa biex il-pakkett ta’ miżuri jkun approvat. Deputati

euro
ArticlesIndependentInewsmalta

Konverġenza

Nistennew li wara l-aħħar puntata tal-kriżi Griega fiż-żona tal-ewro, se jiżdied id-diskors biex jinbnew strutturi ġodda li jorbtu lill-pajjiżi membri eqreb ta’ xulxin fil-mod kif imexxu l-ekonomiji tagħhom. Taħt l-għajta ta’ aktar konverġenza fit-tmexxija ekonomika per eżempju se jqumu sejħiet biex il-politika ta’ tassazzjoni fost il-membri ssir tixxiebah. Malta għandha għax toqgħod b’seba’ għajnejn dwar

tusk
ArticlesIndependentInewsmalta

Ideoloġija

Naqra dak li jgħidu l-“Ewropej” dwar kif il-gvern Grieg tal-Prim Ministru Tsipras mexxa n-negozjati tiegħu magħhom u nibqa’ mistagħġeb. Issa lest naqbel li Tsipras u sħabu għamlu ħafna żbalji strateġiċi u tattiċi. Imma li tgħid li n-negozjaturi Griegi kienu wisq mitfugħa fuq l-ideoloġija u ma wrewx prammatiżmu – analiżi li għamel pereżempju l-President tal-Kunsill Ewropew

tsiparis
ArticlesIt-Torca

Il-Greċja Mgħattna

Il-Prim Ministru Grieg Tsipras għamel wegħda ċara lill-poplu Grieg dwar ir-referendum li organizza ġimgaħtejn ilu. Jekk jivvotaw le għall-offerta ta’ aktar għajnuna finanzjarja lill-Greċja kif magħmula mill-pajjiżi taż-żona ewro, kienu se jsaħħulu idu u fin-negozjati li jsiru wara, se jikseb kondizzijonjiet aħjar. B’maġġoranza sostanzjali, l-Griegi vvotaw le. L-Ewropej xandruha mill-bidu: il-poplu Grieg jaqbillu jivvota iva