Titjib Sostnut
Anki l-Kummissjoni Ewropea qed taqbel li l-ekonomija Maltija daħlet f’fażi ta’ tkabbir. Mingħajr ma nħallu dan il-fatt jgħammixna, tajjeb li nifhmu kif il-politika ekonomika li qed imexxi l-gvern hi raġuni ewlenija għat-titjib sostnut li jinsab magħna. Hu ta’ inkoraġġiment kbir li n-numru ta’ impjiegi baqa’ jiżdied u li l-indikaturi dwar il-futur juru li t-tkabbir ekonomiku