digital
ArticlesInewsmalta

Diġitali

Qed jiżdied l-għarfien fl-Ewropa li jeħtieġ politika aktar qawwija biex jiġi żviluppat aktar u aħjar il-qasam diġitali – dak jiġifieri tal-kompjuters u tat-telekomunikazzjonijiet fost setturi oħrajn li jħaddmu dejjem aktar mezzi elettroniċi. Ftit ilu, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet dokument twil sew fejn tat ħarsa lejn kif qed jopera bħalissa dan il-qasam u x’baqagħlu jagħmel biex itellaq

work
ArticlesInewsmalta

Prekarjat

Parti mill-propaganda uffiċjali tal-aħħar snin kienet kif fiċ-ċirkostanzi tal-lum, kull individwu jrid jifhem li tul ħajtu (jew ħajjitha) fid-dinja tax-xogħol irid ikun lest jibdel l-impjieg numru ta’ drabi. Dan għax bit-teknoloġiji l-ġodda l-mod kif isir ix-xogħol ma jibqax l-istess imma jinbidel il-ħin kollu, hekk kif prodotti u servizzi li jiġu offruti fis-swieq jintemmu, jiġġeddu, jitjiebu

cameron
ArticlesIt-Torca

Ix-xokk Ingliz

Fi Brussell ir-rizultat xokk tal-elezzjoni fil-Gran Brittanja issemma bla waqfien f’ħafna mid-diskussjonijiet uffiċjali jew le. Forsi l-kampanja elettorali Ingliża nnifisha ftit ingħatat attenzjoni. Kulħadd serraħ rasu li l-Inglizi kienu se jikkuntentaw bi gvern ta’ koalizzjoni. Allura t-tmexxija politika tagħhom se tqarreb lejn dik segwita fil-kontinent Ewropew. Wara li ġara l-maqlub, is-sentiment ta’ xokk mexa fuq

raul
ArticlesInewsmalta

Raoul Castro

Interessanti kif żviluppat iż-żjara tal-President Kuban Raoul Castro fl-Italja. Mhux l-anqas il-laqgħa tiegħu mal-Papa Franġisku. Ħareġ aktar fiċ-ċar kemm il-Papa kien ħa rwol ewlieni fit-tqarrib ta’ dan l-aħħar bejn Kuba u l-Istati Uniti. Jidher ukoll li s-simpatija bejn it-tnejn kienet qawwija għalkemm ma nifhimx għaliex dan jista’ jwassal lil Castro biex jerġa’ jsir Kattoliku prattikanti.

economy
ArticlesInewsmalta

L-Ekonomija Maltija

Tuża liema kejl tuża, il-konklużjoni tibqa’ waħda: l-ekonomija Maltija sejra tajjeb għal tajjeb ħafna. Numru ta’ oqsma għaddejjin b’ritmu sabiħ u l-aktar ħaġa importanti biex tiġġenera investiment ġdid – il-fiduċja – tinsab fostna. Wieħed jista’ forsi jgħid li t-tkabbir ekonomiku aħjar ikun aktar ibbilanċjat bejn is-setturi differenti imma din hi kritika li dejjem tista’ ssir

Margarete Vestager
ArticlesIt-Torca

Taxxi

Uħud ħasbu li malajr se tizvinta l-furja politika fl-Ewropa kontra l-mod kif il-kumpaniji l-kbar qed jeħilsu milli jħallsu t-taxxi dovuti minnhom fuq il-profitti li jagħmlu. Huma ppostjaw l-uffiċċji tagħhom fil-Lussemburgu, l-Olanda, Londra, Ġibiltà, Ċipru, kif ukoll Malta ma’ oħrajn, biex inaqqsu u jevitaw it-taxxi. Diversi skandli ngħataw pubbliċità kbira fil-midja Ewropej ftit tax-xhur ilu. Imbarazzaw