taxes
ArticlesInewsmalta

Taxxi

Fil-Kummissjoni Ewropea u fil-Parlament Ewropew qed jiżdiedu d-dibattiti u d-diskussjonijiet dwar is-sistemi tat-taxxi mħaddma mill-pajjiżi differenti. Kollox telaq ftit tax-xhur ilu meta ġew pubblikati d-deċiżjonijiet moħbija li kienu qed jittieħdu fil-Lussemburgu biex għadd kbir ta’ kumpaniji multinazzjonali jingħataw trattament favorevoli meta jiġu ntaxxati. Dan ippermettilhom jiffrankaw biljuni ta’ ewro f’taxxi. Għall-bidu kien hemm min qal

Parliament
Inewsmalta

Parlament Ġdid

Hu xieraq li fl-aħħar il-Parlament Malti se jkollu s-sede tiegħu. Hu dnub li din tpoġġiet fejn u kif tpoġġiet. Kont wieħed minn dawk li kkritikaw din id-deċiżjoni. Għadni konvint li kienet ħażina. Min-natura stess tiegħu, il-Parlament Malti ma jfawwarx b’ħidma kbira. Li tpoġġih fid-daħla tal-Belt joħloq dehra ta’ bini vojt li ftit jikkontribwixxi għall-vivaċità li

renzi
ArticlesIt-Torca

Distrazzjonijiet

Dan hu zmien ieħor fejn il-ħidma Ewropea qed tnaqqas fir-ritmu hekk kif numru ta’ pajjizi membri tal-Unjoni Ewropea jerġgħu jsibu ruħhom impenjati aktar fi ġrajjiet politiċi interni. Għal min interessat jara li l-politika Ewropea tissoda u tiġi zviluppata, l-appuntamenti elettorali fil-pajjizi membri jinħassu bħala distrazzjoni. Imma ħafna drabi huma dawn l-appuntamenti li jispiċċaw jiddeterminaw kif

workers
Inewsmalta

Ħaddiema

Il-kelma “ħaddiema” m’għadhiex popolari. Qabel kienet tiżżeffen ‘il quddiem ma’ kull nifs politiku, jew kważi. Illum donnha mitqiesa bħalha antikwata għax tirreferi għal xi tip ta’ bniedem li għadda żmienu. Is-sabiħa hi li meta jitkellmu fl-Ewropa dwar riformi strutturali li jeħtieġ isiru jekk l-ekonomiji se jimmodernizzaw, jifhmu l-aktar bidliet fil-mod kif jinżammu u jitmexxew il-kondizzjonijiet

tarmac
ArticlesInewsmalta

Funerali

Ħabib tiegħi barrani darba qalli: Intom il-Maltin tinqalgħu ħafna biex torganizzaw festi u funerali kbar. Imma mhux daqstant biex tiżguraw li tal-aħħar ma jkunx hemm għalfejn isiru, u tal-ewwel jinżammu fil-qies. Matul is-snin li gerbu minn meta qal hekk, kont f’ħafna okkażjonijiet fejn ħassejt għaliex forsi kellu raġun. Saqsejt lili nnifsi jekk l-argument tiegħu japplikax

img
ArticlesIt-Torca

Immigranti

Wara ħafna zmien li matulu effettivament fi Brussell kienu jippreferu li jaħbu l-krizi li għaddejja fil-Mediterran bl-eluf ta’immigranti llegali li jipprovaw jaqsmu l-baħar lejn l-Ewropa, it-traġedja ta’ ġimgħa ilu qajmet attenzjoni kbira. Xokk ukoll, bir-raġun. Fl-enormità tagħħa t-traġedja wasslet biex fl-aħħar il-problema tal-immigranti titla’ fuq nett tal-aġenda – ħaġa li kienu ilhom jinsistu fuqha l-Prim