IndependentInewsmalta

Rebħa

Rebħa fil-qafas ta’ elezzjoni għall-Parlament Ewropew bl-ebda mod ma jista’ jkollha l-istess tifsira bħal rebħa f’elezzjoni ġenerali. Imma l-Prim Ministru Muscat kellu raġun jgħid li l-elezzjoni ta’ Mejju kellha tagħti verdett fuq il-gvern f’nofs jew kważi tal-mandat tiegħu ta’ tmexxija. Sa ftit taż-żmien ilu, konna ngħidu li qed jinżammu wisq elezzjonijiet f’pajjiżna. U li dan

IndependentInewsmalta

Paga minima

Għalija it-test ta’ kemm l-Ewropa se tkun waħda soċjali fis-snin li ġejja hu kif se tittratta l-kwistjoni tal-paga minima. Il-verità hi li fil-qasam soċjali, il-ħaddiema, l-impjegati, is-self employed iż-żgħar u dawk kollha li jinsabu bħalhom tilfu mis-saħħa li kellhom biex iħarsu l-interessi tagħhom. Veru li ħafna minn dawk li spiċċaw minn taħt ma jafux b’li

IndependentInewsmalta

L-inflazzjoni f’malta llum

L-ekonomija li qed tikber b’rata bla preċedent mill-Indipendenza lil hawn, ma tantx qanqlet polemiki fl-aħħar kampanja elettorali. Uħud jargumentaw li ntesiet għal kollox. Sadattant, l-istatistika ekonomika baqgħet ħierġa bir-ritmu normali. Ftit li xejn ingħatat attenzjoni. Fost din, l-interessanti kienet l-aħbar dwar l-għoli tal-ħajja kif ikkalkolat skont l-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut imħaddem f’Malta. Fl-assjem, uriet li l-inflazzjoni

IndependentInewsmalta

Valuri… Soċjaliżmu… Ewropa tal-ġnus

Ħadt ħafna gost li fl-aħħar ġimgħa ta’ dil-kampanja elettorali, it-tema ewlenija daret biex tkun waħda dwar valuri. Forsi li skattaha kien ix-xokk mal-pajjiż kollu bl-arresti ta’ persuni akkużati bil-qtil tal-immigrant Ivorjan Lassana Cisse. Forsi li le. Imma li l-valuri tressqu lejn il-quċċata tal-aġenda f’dal-punt kruċjali jidhirli bħala żvilupp siewi. Għax minkejja t-tqanżiħ tal-Oppożizzjoni, ma sibt

IndependentInewsmalta

Kampanji

Matul il-kampanji politiċi, speċjalment f’elezzjonijiet, isiru ħafna stqarrijiet ripetittivi li huma meħtieġa biex jimmartellaw suġġetti u argumenti li dwarhom iċ-ċittadin-votant irid jagħżel. Biss naħseb li l-akbar mertu tal-kampanji politiċi – talanqas għal min ikun kandidat – hu li joffru opportunità biex wieħed jistħarreġ ir-realtà ekonomika, soċjali u kulturali mill-qrib, wiċċ’imb wiċċ ma’ min qed iġarrabha.

IndependentInewsmalta

Se jappoġġjaw?

Mistoqsija leġittima f’din il-kampanja tal-elezzjonijiet Ewropej hi: Id-delegazzjoni Nazzjonalista li se jkun hemm fil-mandat li jmiss tal-Parlament Ewropew se taddotta l-istess strateġija negattiva li kellha matul l-aħħar mandat? Igħidu xi jgħidu l-mexxejja tal-PN, kienet strateġija maħsuba biex tħammeġ l-isem u r-reputazzjoni tal-pajjiż. Hemm test li jista’ jsir biex naraw x’se jkunu l-intenzjonijiet futuri tal-PN f’dar-rigward.