ArticlesIt-Torca

MATUL AWWISSU

Awwissu kien xahar li fih il-biċċa l-kbira tal-istituzzjonijiet Ewropej daħlu f’nagħsa. Il-Kummissjoni Ewropea ma ltaqatx, il-Parlament Ewropew kien wieqaf u l-Kunsill Ewropew ltaqa’ darba fl-aħħar tax-xahar biex jiftiehem fuq nomini għall-Kummissjoni l-ġdida. Jien qattajt ix-xahar Malta. Qiest li dan tani opportunità biex nerġa’ niltaqa’ ma’ ħbieb li kienu għenuni fil-kampanja elettorali għall-elezzonijiet Ewropej u ħbieb

ArticlesIt-Torca

STEDINA

Il-ħabib tiegħi Ivin Catania għamilli proposta. Din hi li nikteb rubrika fl-istil ta’ kull nhar ta’ Ħadd li għamilt snin twal nibgħat lit-torċa sa Frar tas-sena 2008. F’dawk l-artikli kont inħallat ”rapporti” jew kummenti ta’ ġrajjiet kurrenti ma’ spunti aktar personali dwar x’jolqotni fil-ħajja ta’ kuljum. Għal raġuni ċara, Ivin kien qed jaħseb li l-kummenti

ArticlesIt-Torca

IS-SIGURTÀ

Kif ma setax jonqos, l-aqwa diskors politiku fl-Ewropa fl-aħħar jiem baqa’ dwar is-sigurtà. Għeleb id-diskors dwar l-istaġnar ekonomiku jew l-elezzjoni Griega. Il-gvernijiet Ewropej qed jaraw, u kulħadd jaqbel li għandhom jagħmlu hekk, kif se jikkoperaw bejniethom biex jiġbru malajr kemm jista’ jkun informazzjoni dwar kull min hu jew jista’ jsir terrorista. Qed jinsistu li l-kumpaniji

ArticlesIt-Torca

NGĦADDU MINGĦAJR IL-GREĊJA?

Il-kontroversja kbira fl-Ewropa dil-ġimgħa baqgħet tagħqad dwar l-elezzjonijiet fil-Greċja. Ftit kien hemm fhiex nistagħġbu b’ħaġa bħal din. Kienet il-Greċja li tellqet il-krizi tal-ewro ta’ ftit tas-snin ilu. Minn dak iz-zmien lil hawn, baqa’ jtektek id-deni Grieg, hekk kif l-issikkar taċ-ċinturin finanzjarju li ġie impost fuq il-Greċja ħoloq ħafna tbatijiet hemmhekk. U issa, l-gvern tal-Prim Ministru

ArticlesIt-Torca

MISTOQSIJIET EWROPEJ GĦAS-SENA L-ĠDIDA

Il-ġimgħa li għaddiet, tkellimna fost oħrajn, dwar l-isfida l-kbira li għandha quddiemha l-Unjoni Ewropea kif ukoll iż-żona ewro: se jirnexxielha l-Ewropa tirranka l-ekonomiji staġnati tagħha? Kif jista’ jintlaħaq dan il-għan? Il-problema tgħodd għall-Ewropa kollha imma hi l-aktar akuta għaż-żona ewro. Suppost li din kellha tkun il-mutur tat-tkabbir ekonomiku u tal-prosperità fost kulħadd. Kien jintqal li

ArticlesIt-Torca

ID-DIBATTITU L-KBIR

Hekk kif l-istituzzjonijiet Ewropej resqin lejn il-ġimagħtejn ta’ btala għall-Ewwel tas-Sena, qed joħorġu dejjem aktar ċari l-linji tad-dibattitu l-kbir li se jkun kruċjali għall-Unjoni Ewropea u għaż-żona ewro fix-xhur li ġejjin. Fil-fatt, matul ix-xhur li għaddew, id-dibattitu kien diġà qed jikkarga. Ħafna — mhux bla raġun — iqisu li l-kwistjoni kollha tista’ tispiċċa waħda ta’