It-Torca

Ewropa: Ottimiżmu? Pessimiżmu?

F’ġimgħa fejn il-ġrajja tal-Brexit daħlet f’fażi straordinarja, bilfors tqum diskussjoni dwar il-futur tal-Ewropa. Mhux dik id-diskussjoni li tellaq Jean Claude Juncker xi sena u nofs ilu u li għadha għaddejja. Il-Kummissjoni Ewropea tiegħu kienet ħarġet numru ta’ dokumenti fejn tellgħet proposti dwar kif l-iżvilupp tal-Ewropa jista’ jiżvolġi. Il-Parlament Ewropew mexxa seduti plenarji fejn kapijiet ta’

It-Torca

Il-Presidenza Rumena

Mill-bidu ta’ dis-sena, inbidlet il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea u wara l-Awstrija, daħlet ir-Rumanija għal dil-funzjoni. Bħal fil-każ ta’ Malta sentejn ilu, hi l-ewwel darba li dal-pajjiż se jkun qed “imexxi” l-Unjoni Ewropea. Veru li jkun qed “imexxi”? Fil-fatt le: il-Presidenza tagħti skop għall-pajjiż li jkun fiha biex matul sitt xhur jiggwida d-diskussjonijiet u d-deċiżjonijiet li l-Unjoni

It-Torca

Aktar dwar l-Ewropa u t-Taxxi

Ġieli niltaqa’ ma’ xi qarrej ta’ din il-paġna li jiġini b’mistoqsijiet dwar xi nkun ktibt f’artiklu jew ieħor. Ma rridx nagħti l-impressjoni li dil-ħaġa tiġri ta’ spiss. Ġrat dwar l-artiklu tal-ġimgħa li għaddiet… dwar l-Ewropa u t-taxxi. Ir-raġel li kellimni kien qrah mill-bidu sal-aħħar (mhux dejjem tkun żgur li min qed ikellmek ikun tassew għamel

It-Torca

It-Taxxi u l-Ewropa

Fl-Ewropa u mal-bqija tad-dinja, it-taxxi huma l-għodda essenzjali li bihom l-istat jiġbor il-fondi meħtieġa biex ikun jista’ jforni s-servizzi li l-poplu jistenna minnu. Fosthom, insibu difiża u ħarsien fuq quddiem nett, imma wkoll oħrajn mitqiesa essenzjali fi żminijietna bħall-provista ta’ edukazzjoni xierqa, servizzi tas-saħħa u ħarsien soċjali għal dawk li ma jkunux jistgħu ikampaw. Fil-mod

It-Torca

Aġġornamenti

F’dan żmien il-vaganzi, l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea jinsabu tista’ tgħid bil-ħanut magħluq. “Kollox” wieqaf. Hu żmien tajjeb biex naġġornaw l-istorja għaddejja fuq id-diversi fronti tal-ħidma Ewropea. L-aktar waħda kontroversjali bla dubju ta’ xejn hi l-istorja tal-Brexit. IL-BREXIT Min-naħa tal-Ewropej, il-pożizzjoni hi ċara: in-negozjati għal kif ir-Renju Unit se joħroġ mill-Unjoni ntemmu u m’hemm xejn aktar

It-Torca

Dwar banek u migrazzjoni: żewġ oqsma mwaħħla

Fl-Unjoni Ewropea – bħal f’kull sistema politika oħra wara kollox – huma l-kisbiet u l-ftehimiet il-kbar li l-aktar jissemmew fid-dettall. Dwar l-affarijiet li jibqgħu mdendla jew jisfrattaw, ta’ spiss jew id-diskors jibqa’ nieqes, jew ma jqumx wisq interess fid-dettalji li jkunu qed iżommu lura l-progress mixtieq. L-eċċezzjoni kbira għal dan fl-aħħar sentejn kienu n-negozjati tal-Brexit