ArticlesIt-Torca

L-ITALJA KONTRA L-ĠERMANJA?

Kif mistenni, baqgħet toħloq kontroversja d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tistenna sa Marzu li ġej qabel tiddeċiedi timmultax u tagħmel sanzjonijiet oħra fuq Franza u l-Italja peress li dawn ma osservawx l-obbligi li kienu kommessi għalihom fit-tħejjija tal-baġits tagħhom. Għoddha skattat tilwima diplomatika bejn il-Ġermanja u l-Italja, wara li l-kanċellier Merkel f’intervista fl-istampa Tedeska qalet li

ArticlesIt-Torca

TLIET ĠRAJJIET

Din il-ġimgħa fil-Parlament Ewropew imlaqqa’ fi Strasburgu kienet immarkata minn tliet ġrajjiet interessanti — il-wasla ta’ Papa Franġisku għal żjara ta’ erba’ sigħat fil-belt; it-tħabbira tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker ta’ pjan ġdid ta’ investiment fl-Unjoni Ewropea biex iqajjem l-ekonomiji tal-pajjiżi membri li jinsabu staġnati; u l-għoti tal-premju Sakharov lit-tabib Denis Mukwege. B’sorpriża għalija,

ArticlesIt-Torca

VOT TA’ SFIDUĊJA

Tressqet mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Parlament Ewropew kontra l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker. Tiċċensurah minħabba dak li ġie zvelat bil-“Luxleaks” dwar kif meta Juncker kien Prim Ministru tal-Lussemburgu, dan il-pajjiz għamel arranġamenti ma’ kumpaniji kbar biex jippermettilhom iħallsu ħafna u ħafna anqas taxxi milli suppost. Instabu bizzejjed voti ta’ deputati skont ir-regoli tal-Parlament biex il-mozzjoni

ArticlesIt-Torca

L-“ISKANDLU” JUNCKER

Il-Kummissjoni Juncker donnha twieldet taħt kewkba ħażina. Lanqas laħqu għaddew ġimagħtejn mit-twaqqif tagħha li ma sabitx ruħha taħt attakk; jew aħjar il-President tagħha. Tant li kellu jsejjaħ konferenza stampa u jippreżenta ruħu quddiem il-Parlament Ewropew biex jagħti spjega personali. Fil-Parlament ħassejt li Jean Claude Juncker kien fuq id-difensiva u attent wisq li ma jagħmilx żbalji.

ArticlesIt-Torca

L-INIZJATTIVA FL-EWROPA

Saret ħaġa komuni tisma’ lmenti dwar kif fl-Ewropa l-investimenti naqsu bil-kbir, speċjalment mis-settur privat. Reġa’ qajjem il-punt, deputat tal-lemin fil-kumitat tal-Parlament Ewropew li jittratta l-finanzi u l-ekonomija. Dan irrepeta kumment li ilna nisimgħu: fis-sena, fl-Ewropa l-investiment li qed isir ilaħħaq 900 biljun ewro ANQAS milli għandu jkun. Dan in-nuqqas ifisser li l-ekonomija Ewropea mhux biss

ArticlesIt-Torca

BOGĦOD MINN BRUSSELL

Din kienet ġimgħa li d-deputati Ewropej, jew il-maġġoranza tagħhom, qattgħu bogħod minn Brussell (jew Strasburgu). Kienet zmien maħsub biex l-istess deputati jzuru l-kostitwenzi li tellgħuhom u jzommu f’kuntatt magħhom. Jien qed nipprova nagħmel dan ukoll billi kemm jista’ jkun kull ġimgħa, nerġa’ niġi Malta. Talanqas ikollok il-Ġimgħa, parti mis-Sibt u parti mill-Ħadd li matulhom tkun