ArticlesIt-Torca

LOGĦBA KWAZI LESTA

Sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa, l-logħba parlamentari li biha qed tiġi konfermata l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida mmexxija minn Jean Claude Juncker kienet riesqa lejn tmiemha. Veru li kien baqa’ xi “trufijiet” x’jiġu maħlula, bħal fil-kaz tal-Kummissarju mis-Slovenja, imma l-aqwa skolli kienu ngħelbu. Personalment dejjem qiest li l-aqwa deċizjoni ttieħdet mill-bidu, bil-vot favur Juncker fil-Parlament Ewropew wara li

ArticlesIt-Torca

IL-KUMITATI JISIMGĦU

Fil-Parlament Ewropew matul din il-ġimgħa quddiem il-kumitati tal-Parlament bdew jidhru l-Kummissarji l-ġodda li se jkunu membri tal-Kummissjoni Ewropea mmexxija minn Jean Claude Juncker. Kull laqgħa ddum tliet sigħat. Il-kummissarju l-ġdid j/tagħmel prezentazzjoni ta’ xi għaxar minuti fejn i/tfisser kif qed j/tara li d-dekasteri relattivi jistgħu jitmexxew. Imbagħad id-deputati prezenti (mhux kollha) jagħmlu mistoqsija ta’ minuta

ArticlesIt-Torca

TLIET STAZZJONIJIET

Dil-ġimgħa għat-tieni darba fl-aħħar xahrejn irnexxieli nintilef fl-istazzjon tal-ferrovija tas-sud ta’ Bruxelles. Ħaġa bħal din tiddisturbani. Naf lil dan l-istazzjon meta kien qisu fabrika zgħira, mibni b’mod ikreh u sewdieni. Illum, infirex b’mod li jimpressjona — ħwienet u kurituri wiesgħa u linji tal-ferrovija riesqa minn kullimkien u spazji kbar barra fejn jinġabru l-awtobus. Toqgħod taħseb

ArticlesIt-Torca

ĊPAR FI STRASBURGU

Stramb kif qed jispiċċa s-sajf fi Strasburgu fejn kont din il-ġimgħa għal-laqgħat plenarji tal-Parlament Ewropew. Dis-sena qaluli għamlet ħafna xita matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu. Issa, t-temp qaleb għal bnazzi u sħana pjaċevoli, mhux waħda tifgak bl-umdità kif għadu qed jiġri f’Settembru fostna. Biss, ix-xemx tidher tard filgħodu, kwazi jkun wasal nofsinhar. Sa dak

ArticlesIt-Torca

LABTI FIL-PARLAMENT EWROPEW

Igħaddu s-snin u ssib li jkollok tibdel drawwiet li mingħalik se jibqgħu miegħek għal dejjem. Hekk ġrali fl-aħħar ġimgħat. Kulmeta nattendi kungressi jew konferenzi jew ma nafx xiex aktar, dejjem għamilt minn kollox biex ma noqgħodx nilbes il-kartuna jew baġġ li jagħtuk biex izzomm imdendel minn għanqok ħalli tintgħaraf min int. Dejjem qiestha proċedura ta’