ArticlesInewsmalta

L-ELEZZJONI GRIEGA

L-elezzjoni bikrija fil-Greċja qed tqanqal interess u tensjoni. Jidher li ċ-ċansijiet huma kbar li l-partit tas-Siriża jiġi fuq quddiem bid-dritt li jingħata ħamsin siġġu aktar milli jkun ġab direttament fl-elezzjoni u għalhekk id-dritt ukoll li jara jistax jifforma gvern. Il-wegħda tas-Siriża hi li jaqleb il-politika ta’ awsterità imposta fuq il-poplu Grieg billi jdaħħal programm ta’

ArticlesInewsmalta

REFERENDUM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħa pozizzjoni għaqlija fir-rigward tar-referendum ta’ April li se jsir dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa. Ir-referendum ma ntalabx mill-partiti politiċi imma minn gruppi ta’ pressjoni fis-soċjetà ċivili. Jekk fhimt tajjeb, il-gvern se jibqa’ newtrali u l-istess il-Partit Laburista. Sadattant kulħadd fil-gvern u l-partit se jkun jista’ jieħu privatament u publikament il-pożizzjoni tiegħu. Kif

ArticlesInewsmalta

KOALIZZJONI

Fi ħdan il-grupp tas-soċjalisti u d-demokratiċi ta’ spiss iqum l-argument dwar jekk il-mod kif isiru l-arranġamenti bejn il-partiti fil-Parlament Ewropew jammontax għal koalizzjoni. Ġeneralment, il-kwistjonijiet jinqatgħu billi kemm jista’ jkun, isir qbil fuq test li jgħaddi għall-votazzjoni. Partijiet minnu jiġu approvati b’vot ta’ konfront bejn il-partiti u “tirbaħ” il-maġġoranza. Fil-biċċa l-kbira tagħhom madankollu, l-klawsoli jkunu

ArticlesIt-Torca

NGĦADDU MINGĦAJR IL-GREĊJA?

Il-kontroversja kbira fl-Ewropa dil-ġimgħa baqgħet tagħqad dwar l-elezzjonijiet fil-Greċja. Ftit kien hemm fhiex nistagħġbu b’ħaġa bħal din. Kienet il-Greċja li tellqet il-krizi tal-ewro ta’ ftit tas-snin ilu. Minn dak iz-zmien lil hawn, baqa’ jtektek id-deni Grieg, hekk kif l-issikkar taċ-ċinturin finanzjarju li ġie impost fuq il-Greċja ħoloq ħafna tbatijiet hemmhekk. U issa, l-gvern tal-Prim Ministru

ArticlesInewsmalta

L-ELEZZJONI GRIEGA

Wieħed kien jistenna li l-elezzjoni bikrija fil-Greċja se tqanqal tħassib. Jekk b’xi mod jitla’ l-partit xellugi Siriża u dan jibda jwettaq il-programm tiegħu li jmur lura mill-awsterità tal-aħħar snin, il-kriżi li tiskatta ma tkunx ċkejkna. Żewġ mistoqsijiet-sfidi mela: jekk Siriża jirbaħx u jidħol għall-gvern; u jekk imbagħad iwettaqx dak li qed iwegħed. Fil-kas, ma narax

ArticlesIt-Torca

MISTOQSIJIET EWROPEJ GĦAS-SENA L-ĠDIDA

Il-ġimgħa li għaddiet, tkellimna fost oħrajn, dwar l-isfida l-kbira li għandha quddiemha l-Unjoni Ewropea kif ukoll iż-żona ewro: se jirnexxielha l-Ewropa tirranka l-ekonomiji staġnati tagħha? Kif jista’ jintlaħaq dan il-għan? Il-problema tgħodd għall-Ewropa kollha imma hi l-aktar akuta għaż-żona ewro. Suppost li din kellha tkun il-mutur tat-tkabbir ekonomiku u tal-prosperità fost kulħadd. Kien jintqal li