Protezzjoni tal-ġurnalisti u d-difiża tal-libertà tal-midja f’Malta: il-każ ta’ Daphne Caruana Galizia
Il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa delitt orribbli, li qatt ma jista’ jkun gustifikat. Mhuwiex attakk biss kontra persuna individwali , imma kontra Malta, l-Ewropa u l-valuri tal-Maltin kollha. M’għandniex inħallu dan l-att faħxi jimmina d-demokrazija f’pajjizna. Lanqas għandna nhallu l-konsegwenzi tiegħu jaqsmu lil pajjizna u lill-poplu Malti. Magħquda flimkien, irridu niżguraw li ssir ġustizzja.