Newsletter

IL‑GREĊJA: ĦMAR IL‑LEJL GĦALL‑EWROPA?

Id-deċiżjoni tal-Gvern il-ġdid Grieg li jisfida r-riformi ekonomiċi imposti fuqhom u n-nuqqas ta’ qbil dwar is-sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja ħasdet lill-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea qed tinsisti fuq ir-riformi li sar qbil dwarhom fil-Greċja, qabel tkompi tagħti aktar għajnuna lill-Griegi. Din il-ġimgħa l-Greċja waqqfet żewġ proġetti kbar ta’ privatizzazzjoni mingħajr konsultazzjoni mal-UE u qalet li se

Newsletter

L‑AĦJAR FILM FL‑EWROPA

IDA huwa l-film rebbieħ tal-Lux Prize tal-2014. Il-film huwa dwar Anna, tfajla orfni ta’ 18-il sena li kienet tgħix f’kunvent fil-Polonja. Qabel ma tieħu l-voti, il-Madre Superjura bagħtitha tiltaqa’ mal-unika membru ħaj tal-familja tagħha, iz-zija Wanda. Fil-passat Wanda kienet prosekutur legali, mlaħħqa fil-Partit Komunista, b’ħajja ta’ xorb, tipjip u rġiel; ħajja differenti minn dik magħluqa

Newsletter

REFERENDUM BIEX L‑AWSTRIJA TOĦROĠ MILL‑UE

Fl-Awstrija, il-Ministru tal-Intern ġie ppreżentat b’talba bl-għan li jsir referendum ħalli l-pajjiż joħroġ mill-Unjoni Ewropea. 10,000 ċittadin Awstrijakk iridu dan ir-referendum għax qed jgħidu li kważi kull wegħda li saret lil poplu Awstrijakk 20 sena ilu biex tikkonvinċih jivvota favur sħubija fl-UE ma seħħitx. Dawn jgħidu li minflok progress, l-Awstrija marret lura f’kull qasam: il-pajjiż

Newsletter

IL‑LITWANJA TIDĦOL FL‑EWRO

Ewropea qed tuża l-istess munita. ‘Din hija data simbolika għal Litwanja u għaż-żona Ewro, li tibqa’ stabbli, attraenti u miftuħa għal membri ġodda’, qal Valdis Dombrovskis, Kummissarju għall-Ewro u d-Djalogu Soċjali. Pierre Moscovici, Kummissarju għall-Ekonomija u Affarijiet Finanzjarji żied jgħid li ‘bl-għażla tagħhom li jingħaqdu fiż-żona Ewro, il-Litweni għażlu li jkunu parti minn żona ta’

Newsletter

L‑UE TQASSAM FONDI LIL PAJJIŻI FIL‑BŻONN

L-Unjoni Ewropea qed tagħti l-għajnuna lil 150 pajjiż li mhumiex membri tagħha biex ikollhom ħajja aħjar. L-2015 qed tissejjaħ is-sena Ewropea għall-Iżvilupp. L-għan hu li l-popli Ewropej isiru aktar konxji tal-ħidma tal-Unjoni biex ittejjeb il-ħajja ta’ miljuni ta’ nies li mhumiex imsieħba fl-UE, li għandhom bżonn l-għajnuna biex jiżviluppaw. L-idea hi li l-Ewropej ikollhom aktar

Newsletter

TKABBIR ĊKEJKEN FL‑IMPJIEGI

Ir-rata ta’ nies jaħdmu fil-pajjiżi tal-UE żdiedet b’mod ċkejken ħafna f’dawn l-aħħar sentejn. Il-Kummissjoni stqarret li qed ikun diffiċli biex tintlaħaq ir-rata ta’ impjiegi li l-Unjoni kellha qabel ma faqqgħet il-kriżi finanzjarja tal-2008. Lejn l-aħħar tal-2014 ir-rata ta’ impjiegi żdiedet, speċjalment f’dawk il-pajjiżi li għandhom rata ta’ qgħad għolja ħafna bħal Greċja (+1.7%), Spanja (+0.3%)