Newsletter

L‑AKBAR SFIDA TAL‑UNJONI EWROPEA FL‑2015

Fl-2015, l-akbar sfida tal-Unjoni Ewropea se tkun dik li toħloq impjiegi u investiment. ‘Jista’ jseħħ dan? U jekk jista’ jseħħ, kif meta?’ staqsa Alfred Sant meta kien qed jindirizza Konferenza tas-Soċjal Demokratiċi fil-Parlament Ewropew bit-tema ‘Malta fl-Ewropa – Fejn qegħdin – fejn sejrin?’ L-iżvilupp ekonomiku ta’ Malta jiddependi ħafna fuq l-andament tal-ekonomiji tal-pajjiżi tal-UE, minkejja

Newsletter

KURŻITAJIET TAL-MILIED

L-ewwel siġra tal-Milied artifiċjali għamluha l-Ġermaniżi bir-rix miżbugħ tal-wiżż. L-ewwel darba li kien hemm riferenza dokumentata għas-siġra tal-Milied kien fil-Ġermanja, sewwasew fis-sena 1531. Fil-Polonja jiddelettaw bil-brimb u l-għanqbud bħala parti mid-dekorazzjonijiet fuq is-siġra tal-Milied. Dan għaliex, skond leġġenda Pollakka, brimba nisġet kutra għal Ġesu` tarbija. Huwa għalhekk li fil-Polonja l-brimba fil-Milied hija simbolu ta’ tjieba

Newsletter

MALTA ŻŻID L-INVESTIMENT FIS-SETTUR EDUKATTIV

Malta żżid l-investiment fl-edukazzjoni b’aktar minn 1% meta mqabbel mas-sena li għaddiet Eurydice, in-network Ewropew li tispeċjalizza fl-edukazzjoni, ippubblikat informazzjoni dwar l-infiq fis-settur tal-edukazzjoni fil-pajjiżi Ewropej. B’kollox ġew studjati s-sistemi edukattivi ta’ 34 pajjiż. Permezz ta’ dan l-istudju, saru magħrufin il-pajjiżi li żiedu jew naqqsu l-ispiża tagħhom fl-edukazzjoni fl-2014. Pajjiżi oħra li bħal Malta żiedu

Newsletter

1700 IMPJEGAT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA ESPOSTI GĦALL-ASBESTOS

1,700 impjegat, li minnhom 50 huma Maltin, qegħdin jistennew lill-Kummissjoni Ewropea toħroġhom mill-bini Jean Monet fil-Lussemburgu. Dawn l-impjegati qed jaħdmu fil-preżenza tal-asbestos f’dan il-bini mikri lill-Kummissjoni Ewropea wara li kien stabbilit li kien hemm ammont ta’ asbestos. Alfred Sant staqsa lill-Kummissjoni meta se toħroġ lil dawn l-imjegati minn dan il-bini u staqsa kemm-il każ ta’

Newsletter

L-IMMIGRANTI MISMUGĦA QABEL JIĠU DEPORTATI

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għadha kemm tat direttiva dwar id-drittijiet tal-immigranti illegali. Il-qorti qalet li qabel ma tittieħed deċiżjoni biex immigrant li ma jkollux permess ikun deportat lura pajjiżu, l-awtoritajiet tal-pajjiżi jridu jisimgħuh. L-immigranti illegali għandhom id-dritt jagħtu l-opinjoni tagħhom u r-raġunijiet legali ta’ għaliex jinsabu f’pajjiż tal-Unjoni. Permezz ta’ din id-deċiżjoni, il-qorti stabilixxiet proċeduri

Newsletter

85% TAL-IMPJIEGI MAĦLUQA MINN KUMPANIJI ŻGĦAR U MEDJI

Qed jonqos il-persentaġġ tal-impjiegi ġodda maħluqa mill-Kumpaniji Żgħar u Medji (SMEs) fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Dan il-persentaġġ bħalissa jammonta għal 85%. Dawn il-kumpaniji qed jiffaċċjaw diffikultajiet biex ikomplu jinvestu u għalhekk il-Kummissjoni Ewropea qed tikkonċentra ikun hemm aktar investiment biex jinħolqu aktar impjiegi. Dan qalitu Marianne Thyssen, Kummissarju Ewropew, b’reazzjoni għal intervent ta’ Alfred Sant fil-Kumitat