Newsletter

Sant: L-Unjoni Ewropea trid timpenja ruħha li ssaħħaħ il-provvista fis-suq tad-djar

Fl-intervent tiegħu matul dibattitu plenarju fuq Rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-ħtieġa ta’ akkomodazzjoni diċenti għal kulħadd, il-Kap tad-Delegazzjoni Maltija tal-S&D Alfred Sant innota li l-kriżi tal-housing ilha għaddejja s-snin. B’riżultat ta’ politika dwar il-housing li tħalli s-suq jsuq b’intervent minimu mill-Gvern, kif ukoll minħabba l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja tal-2008, is-sitwazzjoni kompliet taggrava. Filwaqt li aktar nies

Newsletter

Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-PE jadotta l-Pakkett tal-Listing Act ippreżentat minn Alfred Sant: L-ebda vot kontra

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) tal-Parlament Ewropew ivvota b’maġġoranza massiċċ favur, fi tliet voti separati, tal-Listing Act li għalih Alfred Sant huwa rapporteur f’isem il-Parlament Ewropew. Il-listing huwa l-proċess li bih il-kumpaniji joħorġu ishma għall-bejgħ lill-pubbliku fil-boroż tal-ishma u mbagħad isegwu l-bejgħ u x-xiri li jsir tagħhom fis-swieq kapitali. Wara l-vot, l-eks Prim Ministru

Newsletter

Skambju ta’ fehmiet dwar l-istandards tal-kontabilità u r-rappurtaġġ tas-sostenibbiltà fl-Ewropa

Waqt skambju ta’ fehmiet dwar l-istandards għar-rappurtaġġ tal-kontabilità u s-sostenibbiltà fl-Ewropa fil-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) tal-Parlament Ewropew fi Brussell, l-eks Prim Ministru Alfred Sant irrikonoxxa li hi vitali li fil-proċess ta’ kif jiġu ssettjati l-istandards, ikun hemm l-involviment ta’ dawk kollha li b’xi mod se jużawhom. L-iskambju ta’ fehmiet kien bejn il-Membri tal-Kumitat

Newsletter

Il-kolpi ta’ stat fl-Afrika qed jimmoltiplikaw dan l-aħħar – Alfred Sant

L-eks Prim Ministru u MPE Laburista Alfred Sant innota li għal deċennji l-Ewropa ħadet il-kontinent Afrikan “for granted”. Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fl-Afrika ċ-ċittadini Ewropej huma mħassba sew. Għandhom biex. “L-Ewropej kienu inkwetaw ukoll meta ċ-Ċina kienet qed twettaq proġetti kbar f’pajjiżi Afrikani u meta l-preżenza militari tar-Russja fl-Afrika kienet qed tiżdied. Madanakollu, il-kolpi ta’ stat

Newsletter

L-Att dwar il-Listing hija kundizzjoni meħtieġa iżda mhux suffiċjenti għall-Unjoni tas-Swieq Kapitali – Alfred Sant

L-eks Prim Ministru Alfred Sant innota li l-ħidma teknika u politika fuq il-Listing Act li għaliha huwa rapporteur għall-Parlament Ewropew se twassal għal proċeduri aktar faċli u inċentivi għan-negozji żgħar u medji Ewropej li joffru ishma lill-pubbliku. Madanakollu, dan mhux se jkun faċli minħabba li din mhix biss problema teknika iżda teħtieġ bilanċ bejn ir-regolamenti

Newsletter

Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni ma rnexxilux jikkonvinċi lill-elettorat – Alfred Sant

Fir-reazzjoni tiegħu għad-diskors tal-President Ursola von der Leyen dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2023, l-eks Prim Ministru Alfred Sant enfasizza li fuq tliet kwistjonijiet kruċjali d-diskors naqas milli jindirizza b’mod adegwat it-tħassib tan-nies: l-inflazzjoni; l-inċertezzi li qed jinħolqu mill-gwerra fl-Ukrajna; u l-konsegwenzi soċjali tal-inizjattivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Huwa sostna li Mme von der Leyen donnha qed tinjora