Question for written answer E-003733/2015
to the Commission
Rule 130
Alfred Sant (S&D)

Subject: Foreign Direct Investment per 1 000 inhabitants in EU island regions

Question(s)

Can the Commission say what was the amount of Foreign Direct Investment per 1 000 inhabitants in each of the EU island regions at NUTS levels 2 and 3 for the years 2004 to 2013?

Answer given by Ms Thyssen on behalf of the Commission
(26.5.2015)

The Honourable Member will find the requested information in the Annex as follows:

1. Concerning the amount of Foreign Direct Investment (FDI) in million euro and per 1 000 inhabitants in each of the EU island regions at NUTS levels 2 and 3, please see the attached tables 1 and 2.

2. The FDI compilation in the EU is based on data reported by the EU Member States at national level only. These data, which are collected on the basis of Regulation (EC) No 184/2005 of the European Parliament and of the Council of 12 January 2005 on Community statistics concerning balance of payments, international trade in services and foreign direct investment, are therefore neither requested nor collected at regional level.

Nevertheless both Member States Cyprus and Malta are considered as NUTS 2 level regions and their FDI stocks for 2013 are presented in the annex. This is the same only for Cyprus at NUTS 3 level.

3. In order to bring Regulation (EC) No 184/2005 in line with new international methodological standards for FDI statistics (Balance of Payments Manual, IMF, 6th edition), its Annexes were amended by Commission Regulation (EU) No 555/2012. The data for 2013 are therefore not comparable with the historical time series and only the data for the most recent year (2013) are presented in the attached

EU island regions are defined as NUTS 2 or NUTS 3 regions entirely insular or part of islands without a fixed link (bridge, tunnel) to the mainland.

Annex E-003733-15 foreign direct investements

1. OJ L 35, 8.2.2005, p. 23
2. OJ L 166, 27.6.2012, p. 22

Maltese Version

E-003733-15

Suġġett: Investiment Dirett Barrani għal kull 1,000 abitant fir-reġjuni insulari tal-UE

Il-Kummissjoni tista’ tgħid x’kien l-ammont tal-Investiment Dirett Barrani għal kull 1,000 abitant f’kull reġjun insulari tal-UE fil-livelli 2 u 3 tan-NUTS mill-2004 sal-2013?

Tweġiba tas-Sinjura Thyssen f’isem il-Kummissjoni (26.5.2015)

L-Onorevoli Membru għandu jsib l-informazzjoni li talab fl-Anness, kif ġej:

1. Dwar l-ammont ta’ Investiment Dirett Barrani (IDB) f’miljuni ta’ euro u għal kull 1 000 abitant f’kull reġjun insulari tal-UE fil-livell NUTS 2 u 3, ara t-tabella 1 u t-tabella 2 li hawn mehmużin.

2. Il-ġbir tad-dejta dwar l-IDB fl-UE hija bbażata fuq id-dejta rrappurtata mill-Istati Membri tal-UE fil-livell nazzjonali biss. Din id-dejta, li tinġabar abbażi tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment barrani dirett, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu, għaldaqstant la tintalab u lanqas tinġabar fil-livell reġjunali.

Madanakollu, kemm Ċipru kif ukoll Malta huma kkunsidrati reġjuni fil-livell NUTS 2, l-istokks tal-IDB tagħhom għall-2013 jinsabu fl-Anness. Dan jgħodd ukoll għal Ċipru fil-livell NUTS 3.

3. Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 jiġi fl-istess linja mal-istandards metodoloġiċi internazzjonali l-ġodda tal-istatistika tal-IDB (il-Balance of Payments Manual tal-FMI, is-6 edizzjoni), l-Annessi tiegħu ġew emendati permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 555/2012. Id-dejta għall-2013 għalhekk ma tistax titqabbel mas-serje storika, u mad-dokument mehmuż qed titressaq biss id-dejta għas-sena l-aktar riċenti (l-2013).

Ir-reġjuni insulari tal-UE jiġu ddefiniti bħala reġjuni fil-livell NUTS 2 jew NUTS 3 meta jkunu għalkollox insulari jew inkella parti minn gżejjer mingħajr rabta fissa (pont, mina) mal-art kontinent/il-gżira ewlenija.