Question for written answer E-003734/2015
to the Commission
Rule 130
Alfred Sant (S&D)

Subject: GDP value in euros of every EU island region at NUTS levels 2 and 3

Can the Commission give the following information as regards the annual gross domestic product (GDP) at current market prices of every EU island region at NUTS levels 2 and 3 for the years 2000 to 2013 in:
1. Euros per inhabitant?
2. Euros per inhabitant as a percentage of the EU average?

———————-

E-003740-15 – 6 March 2015

Subject: Purchasing Power Standard (PPS) of every EU island region at NUTS levels 2 and 3
Can the Commission give the following information on the annual gross domestic product (GDP) at current market prices of every EU island region at NUTS levels 2 and 3 for the years 2000 to 2013 in:
1. Purchasing Power Standard (PPS) per inhabitant; and
2. Purchasing Power Standard (PPS) per inhabitant expressed as a percentage of the EU average?

———————-

E-003734/2015
E-003740/2015
Answer given by Ms Thyssen on behalf of the Commission (28.5.2015)
The Honourable Member will find the requested information in the annex.

GDP data for reference years 2012 and 2013 are not yet available for NUTS level 2 and 3. Data for these reference years will be based for the first time on the methodology prescribed by Regulation (EU) No 549/2013 of the European Parliament and the Council of 21 May 2013 on the European System of National and Regional Accounts in the European Union and should be available towards the end of May 2015.

A complete time series for all regions cannot be expected before mid-2017 as revising of back data takes time, depending on the data availability by Member State.

EU island regions are defined as NUTS 2 or NUTS 3 regions entirely insular or part of islands without a fixed link (bridge, tunnel) to the mainland.

Annex E-003734-15 E-003740-15

 

Maltese Version – E-003734-15 E-003740/15
Suġġett: Valur tal-PDG f’euro ta’ kull reġjun insulari tal-UE fil-livelli 2 u 3 tan-NUTS

Il-Kummissjoni tista’ tagħti l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) annwali fil-prezzijiet kurrenti tas-suq ta’ kull reġjun insulari tal-UE fil-livelli 2 u 3 tan-NUTS mis-snin 2000 sal-2013:
1. F’euro għal kull abitant?
2. F’euro għal kull abitant bħala perċentwali tal-medja tal-UE?

E-003740/15

Suġġett: Standard tal-Kapaċità tal-Akkwist (PPS) ta’ kull reġjun insulari tal-UE fil-livelli 2 u 3 tan-NUTS

Il-Kummissjoni tista’ tagħti l-informazzjoni li ġejja dwar il-Prodott Domestiku Gross (PDG) annwali bi prezzijiet tas-suq attwali ta’ kull reġjun insulari tal-UE fil-livell 2 u 3 tan-NUTS għas-snin 2000 sa 2013 f’termini ta’:
1. Standard tal-Kapaċità tal-Akkwist (PPS) għal kull abitant; kif ukoll
2. Standard tal-Kapaċità tal-Akkwist (PPS) għal kull abitant espress bħala perċentwali tal-medja tal-UE?

L-Onorevoli Membru għandu jsib l-informazzjoni li talab fl-anness.

Id-dejta dwar il-prodott domestiku gross (PDG) tas-snin ta’ referenza 2012 u 2013 għadhom mhumiex disponibbli għal-livelli tan-NUTS 2 u 3. Id-dejta dwar dawn is-snin ta’ referenza se tkun imsejsa għall-ewwel darba fuq il-metodoloġija stipulata mir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali fl-Unjoni Ewropea, u għandha tkun disponibbli lejn l-aħħar ta’ Mejju 2015.
Serje kronoloġika kompluta għar-reġjuni kollha mhux se tkun lesta qabel nofs l-2017 peress li r-reviżjoni tad-dejta tas-snin imgħoddija tieħu ż-żmien, u tiddependi mid-disponibbiltà tad-dejta minn kull Stat Membru

Ir-reġjuni insulari tal-UE huma definiti bħala reġjuni tan-NUTS 2 jew tan-NUTS 3 li jkunu kompletament insulari jew parti minn gżejjer mingħajr kollegament fiss (pont, mina) mal-kontinent.

Annex E-003734-15 E-003740-15