Question for written answer E-003741/2015
to the Commission
Rule 130
Alfred Sant (S&D)

Subject: Sectoral composition of employment in the EU island regions and the EU

Question(s)

Can the Commission give the sectoral composition of employment in each of the EU island regions at NUTS 2 and NUTS 3 levels?
Can the Commission give the same information for the EU25, EU27 and EU28 as a whole?

Answer given by Ms Thyssen (10.5.2015)

The Honourable Member will find the requested information in the Annex.

The information provided in the Annex relates to island regions at NUTS 2 level only, since Eurostat does not publish data from the EU-Labour Force Survey at NUTS 3 level. Furthermore, Eurostat does not publish the aggregate for the EU-25. Instead, data for EU-15 have been included. The information in the Annex refers to the age group 15 years and over.

Information for the EU aggregates and the island regions is contained in two separate tables in the Annex. The first table contains data for 2000 to 2007 according to the statistical classification of economic activities NACE Rev. 1.1 and the other table contains data for 2008 to 2013 according to NACE Rev. 2.

More data and indicators from the EU-Labour Force Survey can be accessed here: http://ec.europa.eu/eurostat/web/lfs/data/database

EU island regions listed in the Annex were defined as NUTS 2 regions entirely insular or part of islands without a fixed link (bridge, tunnel) to the mainland.

Click on link to download Annex

 

Maltese Version

Suġġett: Il-kompożizzjoni settorjali tal-impjieg fir-reġjuni insulari tal-UE u fl-UE

Il-Kummissjoni tista’ tagħti l-kompożizzjoni settorjali tal-impjieg f’kull wieħed mir-reġjuni insulari tal-UE fil-livell ta’ NUTS 2 u NUTS 3?
Il-Kummissjoni tista’ tagħti l-istess informazzjoni għall-UE-25, l-UE-27 u l-UE-28 kollha kemm hi?

Tweġiba tas-Sinjura Thyssen (10.5.2015)

L-Onorevoli Membru għandu jsib l-informazzjoni li talab fl-Anness.

L-informazzjoni mogħtija fl-Anness għandha x’taqsam mar-reġjuni insulari fil-livell NUTS 2 biss, peress li l-Eurostat ma jippubblikax dejta mill-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol fl-UE fil-livell NUTS 3. Barra minn hekk, il-Eurostat ma jippubblikax l-aggregat għall-UE-25. Minflok, ġiet inkluża d-dejta għall-UE-15. L-informazzjoni f’dan l-Anness tirreferi għall-grupp tal-età minn 15-il sena ‘l fuq.

L-informazzjoni dwar l-aggregati tal-UE u r-reġjuni insulari tinsab f’żewġ tabelli separati fl-Anness. L-ewwel tabella fiha d-dejta tal-perjodu ta’ bejn is-sena 2000 u l-2007 skont il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Rev. 1.1 u t-tabella l-oħra fiha d-dejta għall-perjodu ta’ bejn l-2008 u l-2013 skont in-NACE Rev. 2.

Fil-ħolqa li tidher hawn taħt jinsabu aktar dejta u l-indikaturi li rriżultaw mill-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol fl-UE : http://ec.europa.eu/eurostat/web/lfs/data/database

Ir-reġjuni insulari tal-UE elenkati fl-Anness ġew iddefiniti bħala reġjuni NUTS 2 għalkollox insulari jew parti minn gżejjer mingħajr rabta fissa (pont, mina) mal-kontinent.

 

Facebook Comments

Post a comment