Question for written answer
to the Commission
Rule 130
Alfred Sant (S&D)

E-003568-16
Subject: Follow-up to Written Question E-001464-16 on precarious employment in the EU

In the reply to Written Question E-001464-16, the Commission states that “precariousness usually means work uncertainty, income insufficiency, limited access to training, poor career prospects, low productivity and lack of protection against dismissal. Precariousness can affect workers with any form of employment contract, including open-ended contracts, but the most common types of precarious work are fixed-term, (involuntary) part-time work, bogus self-employment, informal and casual work.” The original question is based on the Commission website dealing with the EU’s 2012 Employment package which lists ‘reducing the labour market segmentation between those in precarious employment and those on more stable employment’ as a primary measure to restore the dynamics of labour markets.

In this regard,

Can the Commission confirm that the above description of precariousness can be taken as its official definition?

Answer given by Ms Thyssen on behalf of the Commission
There is no universally accepted or EU definition for the term or concept of precarious employment. This is to a large extent linked to the multidimensional nature of precarious employment and the differences in its understanding and perception in national contexts.
The Commission, in its reply to Written Question E-001464/16(1), has referred to the complexity of the concept, bringing to the fore a number of characteristics and employment relationships that can generally be associated with precarious employment situations.

E-003568-16
Suġġett: Segwitu għall-Mistoqsija bil-Miktub E-001464/16 dwar l-impjieg prekarju fl-UE
Fit-tweġiba għall-Mistoqsija bil-Miktub E-001464/16, il-Kummissjoni tiddikjara li “normalment il-prekarjetà tkun tfisser inċertezza fl-impjieg, nuqqas ta’ dħul biżżejjed, aċċess limitat għat-taħriġ, nuqqas ta’ prospetti fil-karriera, produttività baxxa u nuqqas ta’ protezzjoni mit-tkeċċija. Il-prekarjetà tista’ tolqot lill-ħaddiema b’kull forma ta’ kuntratt tal-impjieg, fosthom il-kuntratti indefiniti. Iżda l-aktar tipi komuni ta’ xogħol prekarju huma l-impjiegi għal żmien fiss, ix-xogħol part-time (involontarju), l-impjiegi indipendenti fittizji, u x-xogħol każwali u informali.” Il-mistoqsija oriġinali hija bbażata fuq il-websajt tal-Kummissjoni li titratta l-Pakkett dwar l-Impjiegi tal-UE għall-2012 li telenka “t-tnaqqis tas-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol bejn dawk li huma f’impjiegi prekarji u dawk f’impjiegi aktar stabbli” bħala miżura ewlenija fir-restawr tad-dinamiċi tas-swieq tax-xogħol.
F’dan il-kuntest,
Il-Kummissjoni tista’ tikkonferma li d-deskrizzjoni ta’ prekarjetà mogħtija hawn fuq tista’ titqies bħala d-definizzjoni uffiċjali tagħha?

Tweġiba mogħtija mis-Sinjura Thyssen f’isem il-Kummissjoni
Ma hemm l-ebda terminu jew kunċett li huwa aċċettat universalment jew definizzjoni tal-UE għal impjieg prekarju. Fil-biċċa l-kbira dan huwa marbut man-natura multidimensjonali tal-impjieg prekarju u mad-differenzi fil-fehim u fil-perċezzjoni tiegħu fil-kuntesti nazzjonali.
Il-Kummissjoni, fit-tweġiba tagħha għall-Mistoqsija bil-Miktub E-001464/16(1), irreferiet għall-komplessità tal-kunċett, billi tat prominenza għal għadd ta’ karatteristiċi u ta’ relazzjonijiet ta’ impjieg li ġeneralment jistgħu jiġu assoċjati ma’ sitwazzjonijiet ta’ impjieg prekarju.

Facebook Comments

Post a comment