E-016079/2015

Subject: Follow-up to Written Question E-013156-15 on homelessness and free movement

In reply to Written Question E-013156/15, the Commission states that ‘the European Structural and Investment Funds can support the social and labour market participation of homeless people, including through a combination of housing and other enabling support services and employability/training opportunities’.
1. Can the Commission provide figures for the amount of assistance which has been directed to homeless people under the abovementioned EU funds?
2. Can the Commission indicate the number of homeless people, per country and per nationality, who have benefited from the abovementioned funding?

Answer given by Ms Thyssen on behalf of the Commission (17.3.2016)

Homeless people can benefit from the support of the European Social Fund (ESF) to improve their access to the labour market and their integration in our societies. However, as regards ESF support to homeless people, data on amounts of assistance and participants who are homeless or affected by housing exclusion will only be available in 2017 in the annual implementation reports that Member States shall submit to the Commission for each financial year as from 2016. These data will be collected, in accordance with the ESF regulation 2014-2020, on the basis of a representative sample of participants within each investment priority.

Member States do not report on measures targeting homelessness under the European Regional Development Fund programmes, so the Commission can’t quantify the amount.

E-016079/2015

Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub lill-Kummissjoni

Suġġett: Segwitu għall-Mistoqsija bil-Miktub E-013156-15 dwar il-problema tal-persuni mingħajr domiċilju u l-moviment liberu
Bi tweġiba għall-mistoqsija bil-miktub E-013156/15, il-Kummissjoni tindika li “l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej jistgħu jappoġġjaw il-parteċipazzjoni soċjali u fis-suq tax-xogħol tal-persuni mingħajr domiċilju, inkluż permezz ta’ taħlita ta’ akkomodazzjoni u servizzi oħra ta’ appoġġ li jiffaċilitaw u l-opportunitajiet ta’ impjegabilità u taħriġ”.
1. Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi ċifri dwar l-ammont ta’ għajnuna li ġiet diretta lejn il-persuni mingħajr domiċilju taħt l-imsemmija fondi tal-UE?
2. Il-Kummissjoni tista’ tindika l-għadd ta’ persuni mingħajr domiċilju, għal kull pajjiż u għal kull nazzjonalità, li bbenefikaw mill-għoti ta’ fondi msemmija hawn fuq?

Tweġiba tas-Sinjura Thyssen f’isem il-Kummissjoni (17.3.2016)

Il-persuni mingħajr dar jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ tal-Fond Soċjali Ewropew (l-FSE) biex itejbu l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol u l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà. Iżda fejn jidħol l-appoġġ tal-FSE għall-persuni mingħajr dar, id-dejta dwar l-ammonti ta’ għajnuna u parteċipanti mingħajr dar jew li ntlaqtu mill-esklużjoni tal-akkomodazzjoni se tkun disponibbli biss fl-2017 fir-rapporti annwali tal-implimentazzjoni li l-Istati Membri jippreżentaw lill-Kummissjoni għal kull sena finanzjarja sa mill-2016. Din id-dejta se tinġabar, skont ir-Regolament tal-FSE 2014-2020, abbażi ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ parteċipanti f’kull prijorità tal-investiment.

L-Istati Membri ma jirrappurtawx fuq il-miżuri mmirati għall-persuni mingħajr dar permezz tal-programmi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, u għalhekk il-Kummissjoni ma tistax tikkwantifika l-ammont.

Facebook Comments

Post a comment