Question for written answer E-004215/17
to the Commission
Alfred Sant (S&D)
(26 June 2017)

Subject: New businesses created
Can the Commission give the number of new businesses created each year by NUTS 3 island regions per thousand inhabitants from
2003 to date?
Can the Commission give the number of jobs created by each of these new businesses?

Answer given by Ms Thyssen on behalf of the Commission
(22 August 2017)
The Honourable Member will find the requested information in the annex.

Regulation (EC) No 295/2008 of the European Parliament and of the Council (recast) (1), Annex IX, provides a legal basis for the
business demography data collection at national level. Regional level business demography statistics is collected on a voluntary basis.
Therefore, data is not available for all the regions and reference years. All available requested data have been included in the annex.
Eurostat does not publish the number of new businesses created by thousand inhabitants as an indicator. The figures included in
Table 1 are the result of an ad-hoc calculation using the sources indicated in the sub-title of the table. In Table 2 please find
information on number of persons employed in a given reference year in the enterprises born in the same reference year.
All data refers to the economic sectors: Industry, construction and services except insurance activities of holding companies (Nace BS_X_K642).
EU island regions listed in the annex were defined as NUTS 3 regions entirely insular or part of islands without a fixed link (bridge,
tunnel) to the mainland.

(1) OJ L 97, 9.4.2008, p. 13‐59.

Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-004215/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura
Alfred Sant (S&D)
Suġġett: Negozji ġodda maħluqa
Il-Kummissjoni tista’ tagħti informazzjoni dwar in-numru ta’ negozji ġodda maħluqa kull sena fir-reġjuni gżejjer NUTS 3 għal kull elf abitant mill-2003 sa issa?
Il-Kummissjoni tista’ tagħti informazzjoni dwar in-numru ta’ impjiegi maħluqa minn kull wieħed minn dawn in-negozji l-ġodda?

MT E-004215/2017 Tweġiba tas-Sinjura Thyssen f’isem il-Kummissjoni (22.8.2017)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru tinsab fl-Anness.

L-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (riformulazzjoni)(1) , jipprovdi bażi legali għall-ġbir tad-dejta dwar id-demografija tan-negozju fil-livell nazzjonali. L-istatistika dwar id-demografija tan-negozju fil-livell reġjonali tinġabar fuq bażi volontarja. Għalhekk, m’hemmx dejta disponibbli għar-reġjuni kollha u għas-snin ta’ referenza kollha. Id-dejta kollha mitluba li kienet disponibbli ddaħħlet fl-anness.

L-Eurostat ma jippubblikax l-għadd ta’ negozji ġodda maħluqa kull elf abitant bħala indikatur. Iċ-ċifri inklużi fit-tabella 1 huma r-riżultat ta’ kalkolu ad hoc billi ntużaw is-sorsi indikati fis-subtitolu tat-tabella. Fit-tabella 2 għandek issib informazzjoni dwar l-għadd ta’ persuni impjegati f’sena ta’ referenza partikolari fl-intrapriżi li twieldu fl-istess sena ta’ referenza.

Id-dejta kollha tirreferi għas-setturi ekonomiċi: L-industrija, il-kostruzzjoni u s-servizzi ħlief attivitajiet tal-assigurazzjoni ta’ kumpaniji azzjonarji (Nace B-S_X_K642).

Ir-reġjuni insulari tal-UE elenkati fl-Anness ġew definiti bħala reġjuni NUTS 3 insulari għalkollox jew parti minn gżejjer mingħajr rabta fissa (pont, mina) mal-kontinent.

(1) OJ L 97, 9.4.2008, p. 13‐59.