Diverġenzi kbar żviluppaw bejn Stati Membri u reġjuni fi ħdan is-suq uniku Ewropew u ż-żona euro. Dawn wasslu għal mudelli ta’ vantaġġ kompetittiv differenti minn xulxin, li wħud minnhom jiddependu fuq il-kummerċ fis-servizzi.

Numru ta’ territorji, anke minħabba d-daqs tagħhom, u għal uħud minnhom minħabba s-sitwazzjonijiet periferali tagħhom, żviluppaw kompetenza fil-forniment ta’ servizzi finanzjarji. Fost dawn it-territorji, wieħed isib lil Ċipru, Malta, Ġibiltà, l-Irlanda, il-Lussemburgu kif ukoll ir-Renju Unit u l-Olanda.

Meta provduti skont kriterji regolatorji, bħal dawk tal-OECD, is-servizzi finanzjarji jistgħu jgħinu fil-promozzjoni tal-effiċjenzi fis-suq uniku. Barra minn hekk, is-servizzi finanzjarji għenu wkoll fil-ħolqien tal-impjiegi u l-attività ekonomika f’żoni li altrimenti aktarx ikunu karatterizzati minn staġnar endemiku.

Suġġett għall-implimentazzjoni tat-trasparenza u standards stabbiliti mill-OECD, inti taqbel li l-forniment ta’ servizzi finanzjarji fl-Unjoni għandu jitqies bħala settur tas-servizzi importanti u li jeħtieġ li jitħares?

Facebook Comments

Post a comment