Il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa delitt orribbli, li qatt ma jista’ jkun gustifikat. Mhuwiex attakk biss kontra persuna individwali , imma kontra Malta, l-Ewropa u l-valuri tal-Maltin kollha. M’għandniex inħallu dan l-att faħxi jimmina d-demokrazija f’pajjizna. Lanqas għandna nhallu l-konsegwenzi tiegħu jaqsmu lil pajjizna u lill-poplu Malti. Magħquda flimkien, irridu niżguraw li ssir ġustizzja. M’huwiex aċċettabbli li Malta tispiċċa ostagg ta’ min irid juża attakk terroristiku biex jaghmel il-hsara lil pajjizna u lill-poplu taghna. Niddeploraw il-fatt li hemm min ħa din l-opportunità biex jitfa dubju fuq l-impenn tal-awtoritajiet Maltin lejn il-valuri demokratiċi tar-rule of law u l-libertà tal-espressjoni. Dawn il-valuri jsawru d-demokraziji moderni, effettivi u b’sahhithom. Bhala pajjiz demokratiku Malta dejjem iddefendiethom. Hekk se jibqa’ jsir. Il-gvern Maltin għamel tajjeb li, waqt li immobilizza ir-riżorsi kollha disponibbli ħalli l-każ jiġi investigat bl-akbar reqqa, talab l-għajnuna tas-servizzi Ewropej tas-sigurtà biex il-ħatja ta’ dan l-assassinju xokkanti jinqabdu. L-appoġġ li wrew il-forzi politiċi Ewropej f’dil-Kamra biex anke jgħinu fl-investigazzjonijiet li qed isiru huma tal-akbar inkoraġġiment għall-poplu Malti. Hi ħaġa tajba li l-Unjoni Ewropea tkun magħquda mal-poplu Malti f’dan il-mument diffiċli. Min jipprova jfixkel din l-għaqda b’diversivi partiġġjani, qed ifixkel il-kawża tad-demokrazija, tal-ġustizzja u tal-espressjoni ħielsa f’Malta u fl-Ewropa.