CollectionPoliticsUncategorized

MIT TA’ POTER GĦAL GONZI-PN: EWROPA U DIVORZJU

Wara r-referendum tad-divorzju, qed jgħidulna li gonzi-pn jinsab fi kriżi ta’ identità. Il-partit kien ipproklama ruħu kontra d-divorzju bħala punt ta’ prinċipju. Il-mexxej tiegħu iddikjara li biex id-divorzju jidħol, ikun hemm bżonn ta’ referendum u dan inżamm. Matulu, saret ħaġa ċara li gonzi-pn eċċezzjonalment għal dal-partit, ma kienx magħqud fuq il-kwistjoni tad-divorzju. Il-poplu vvota favur.

CollectionPolitics

“FIL-MOĦBI U B’RIEDA ĦAŻINA”

“FIL-MOĦBI U B’RIEDA ĦAŻINA” – INTERVENT FIL-PARLAMENT F’DIBATTITU FUQ MOZZJONI MRESSQA MILL-WHIP TAL-OPPOŻIZZJONI DWAR ĦLASIJIET LILL-KABINETT TAL-MINISTRI, KAP TAL-OPPOŻIZZJONI, SPEAKER U MEMBRI PARLAMENTARI, IS-SIBT 11 TA’ ĠUNJU 2011 Il-mozzjoni li għandu quddiemu dal-Parlament… kif ukoll dad-dibattitu… qed ipoġġu mill-ġdid quddiem l-opinjoni publika kwistjoni tal-akbar importanza. Kif u kemm għandhom jitħallsu għall-ħidma li jagħmlu, dawk iċ-ċittadini

CollectionPolitics

ON THE OCCASION OF POPE JOHN PAUL’S BEATIFICATION

Request by journalist Scott Grech: “I am asking some of those who met the late Pope for their thoughts and reflections following their encounters with His Holiness. Since you met him as Leader of the Opposition during his second visit to Malta in 2001 and, if I’m not mistaken, having also attended his funeral ceremony

CollectionPolitics

“WASAL IŻ-ŻMIEN LI NĦARSU LEJN IL-PROBLEMA TAL-KORRUZZJONI MILL-QIEGĦ”

“WASAL IŻ-ŻMIEN LI NĦARSU LEJN IL-PROBLEMA TAL-KORRUZZJONI MILL-QIEGĦ”: INTERVENT FIT-TIENI QARI TAL-ABBOZZ TA’ LIĠI IMSEJJAĦ ATT BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IL-KUMMISSJONI KONTRA L-KORRUZZJONI, KAP. 326 – 28 TA’ MARZU 2011 Din hi diskussjoni li qed issir tard ħafna. It-taħsir diġà daħal wisq ’il ġewwa. Il-poplu fil-biċċa l-kbira tiegħu jemmen li t-tmexxija tal-pajjiż hi korrotta. Gonzi-pn

CollectionPolitics

PARAVENTI U INKOMPETENZA

Ftit aktar minn tliet snin ilu, gonzi-pn wiegħed trasparenza u effiċjenza akbar fl-oqsma ewlenin tat-tmexxija publika. Bħal tista’ tgħid il-wegħdi l-oħra kollha li għamel, dil-wegħda wkoll donnha saret biex tinkiser. Dak iż-żmien kien diġà hawn fehma ġenerali li kien meħtieġ bil-kbir titjib qawwi fil-mod kif il-pajjiż jitmexxa. Gonzi-pn rebaħ l-elezzjoni bi żbrixx minħabba l-klijenteliżmu sfrenat

CollectionPolitics

“L-ISTITUZZJONI TAL-PARLAMENT TINSAB FI KRIŻI”: AĠĠORNAMENT TAL-PARLAMENT

“L-ISTITUZZJONI TAL-PARLAMENT TINSAB FI KRIŻI”: AĠĠORNAMENT TAL-PARLAMENT, 15 TA’ FRAR 2011 Ma nkunx qed nesaġera meta ngħid li l-istituzzjoni tal-Parlament tinsab fi kriżi. Qatt ma niftakar li fil-pajjiż, kien hemm daqshekk sfiduċja u xettiċiżmu dwar dak li qed nagħmlu aħna d-deputati f’dil-Kamra, daqs kemm hemm illum. Mhix kriżi li skattat f’daqqa waħda. Ilha tinħema u