shopping
Newsletter

Sant jappella biex l-operazzjonijiet tal-RRF iżommu l-flessibbiltà sħiħa

L-eks Prim Ministru Sant ivvota favur rapport lill-plenarja tal-parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità ta’ Rkupru u Reżiljenza (RRF). Minkejja dan huwa wissa li r-rapport ma jagħmilx biżżejjed konċessjoni għall-ħtieġa li tinżamm flessibbiltà sħiħa fl-operazzjonijiet tal-RRF, politikament, istituzzjonalment, ekonomikament u soċjalment.

presidentofmalta
Newsletter

Alfred Sant jappella biex in-newtralità ta’ Malta tiġi rispettata mill-Istati Membri Ewropej

L-eks Prim Ministru Sant enfasizza fil-plenarja tal-parlament Ewropew fi Strasburgu li s-sovranità ta’ pajjiżi Ewropej bħal Malta li l-interessi ewlenin tas-sigurtà tagħhom mhumiex allinjati ma’ dawk ta’ Stati Membri akbar “komuni” mhux qed tiġi kkunsidrata f’rapport dwar il-politika barranija, ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-Unjoni Ewropea wara l-invażjoni Russa tal-Ukrajna. Huwa staqsa dwar kif in-newtralità ta' Stat Membru tidħol f'arkitettura komuni Ewropea ta' sigurtà u difiża.

_0000_voting eu
Newsletter

Alfred Sant jivvota kontra proposti għal regoli ġodda tal-elezzjonijiet Ewropej

L-eks Prim Ministru u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Grupp Soċjalista u Demokratiku (S&D) Alfred Sant enfasizza li l-isfidi li qed jaffaċċjaw il-Membri tal-Parlament Ewropew ma jikkonċernawx l-“Ewropizzazzjoni” tal-elezzjoni tagħhom, iżda kif jagħmlu x-xogħol tagħhom aktar rilevanti fl-iqsar żmien possibli biex jisimgħu t-tħassib taċ-ċittadini komuni.