Wara l-attakki sesswali f’Cologne u bliet oħra Ġermaniżi, l-akbar sfida ta’ Angela Merkel hija dik li tiżgura liċ-ċittadini tagħha li tista’ żżomm l-ordni u s-sigurta` fil-Ġermanja. Il-Gvern Ġermaniż jaħseb li l-attakki tal-ewwel tas-sena setgħu kienu koordinati minn qabel permezz tal-media soċjali. Il-poplu Ġermaniż, magħruf għall-preċiżjoni u l-ordni issa jinsab taħt xokk. Wara l-avvenimenti tal-ewwel tas-sena anqas minn 40% tal-Ġermaniżi jemmnu li l-pulizija jistgħu jiżguraw is-sigurta` tagħhom. 50% ta’ dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ jibżgħu li attakk bħal dak ta’ Cologne jista’ jseħħ qrib darhom.

Merkel wiegħdet li tieħu miżuri li jiżguraw li kriminali li mhux ċittadini Ġermaniżi jittiħdilhom id-dritt ta’ residenza. Wiegħdet deportazzjoni ta’ dawk li ma ntlaqgħetilhomx it-talba għall-ażil. Min-naħa l-oħra, il-qrati Ġermaniżi għamluha ċara li l-gvern ma jistax jiddeporta l-barranin f’pajjiżi oħra li fih jistgħu jkunu torturati jew jaffaċċjaw il-piena kapitali. Allura fil-verita` se jibqa’ diffiċli għal Merkel biex tiddeporta l-kriminali.

Merkel għadha qed tirrifjuta li tillimita lill-immigranti li jidħlu pajjiżha u qed isserraħ fuq l-Unjoni Ewropea u t-Turkija biex jgħinuha tnaqqas l-influss ta’ immigranti. F’dawn l-aħħar xhur l-awtoritajiet Ġermaniżi rreġistraw bejn 3, 000 u 4, 000 immigrant ġdid kuljum. Jekk din ir-rata tinżamm, fl-2016 il-Ġermanja se tara 1.5 miljun immigrant ġdid.

Malta u l-Unjoni Ewropea NL31

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

1.5 MILJUN AKTAR REFUĠJATI GĦALL-ĠERMANJA FL-2016

Wara l-attakki sesswali f’Cologne u bliet oħra Ġermaniżi, l-akbar sfida ta’ Angela Merkel hija dik li tiżgura liċ-ċittadini tagħha li ...
Read More

PAJJIŻI TAL-LVANT JITBEGĦDU MILL-ĠERMANJA

Is-Slovakkja, il-Polonja, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka qegħdin jitbegħu mill-pożizzjoni tal-Ġermanja dwar l-Immigrazzjoni. Il-Kapijiet ta’ dawn il-pajjiżi ‘l-ġodda’ tal-UE qegħdin jitkellmu ...
Read More

L-IMMIGRANTI GĦADHOM DEĦLIN MIT-TURKIJA

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li għadha mhux kuntenta bl-isforzi tat-Turkija biex tikkontrolla l-influss tal-immigranti lejn l-Ewropa. 90, 000 ruħ waslu fil-Greċja ...
Read More

ĦITAN INVIŻIBBLI BEJN L-EWROPA U R-RUSSJA

Vladimir Putin jgħid li s-sanzjonijiet li imponiet l-Unjoni Ewropea fuq ir-Russja huma assurdi u qed iweġġgħu liż-żewġ naħat. Hu qal ...
Read More

L-ISFIDI EWROPEJ SE JAFFETTWAW LIL MALTA FL-2016

Il-futur ta’ Malta fl-2016 jiddependi ħafna mill-mod kif l-Ewropa taffaċċja l-isfidi dwar l-immigrazzjoni, it-terroriżmu, l-andament taż-żona ewro u n-negozjati mar-Renju ...
Read More

IŻ-ŻONA EWRO BDIET TIRPILJA

B’mod kajman u bis-saħħa ta’ stimolu qawwi mill-Bank Ċentrali Ewropew, iż-żona ewro qed turi sinjali li qed tirpilja. Fl-aħħar kwart ...
Read More

JONQOS IL-QGĦAD FL-UNJONI EWROPEA

Ir-rata tal-qgħad fiż-żona ewro kienet ta’ 10.5% u 9.1% fit-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea kollha. Din hija l-iktar rata baxxa ta’ ...
Read More

IL-PRESIDENZA TAL-KUNSILL TAL-UE

Bil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea nkunu qed infissru l-post li jirrappreżenta l-gvernijiet tal-Istati Membri. Huwa fil-Kunsill li l-ministri nazzjonali ta’ kull pajjiż ...
Read More

IL-VOT LIN-NISA

Fis-seklu dsatax in-nisa f’ħafna pajjiżi bdew isiru konxji tad-drittijiet tagħhom u b’hekk saru aktar attivi fil-ħidma tagħhom biex fost oħrajn ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment